Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 35

33 175 sena fostna INIZJATTIVI PASTORALI FL-OKKAŻJONI TA’ DIN IS-SENA SPEĊJALI Fl-okkażjoni ta’ din is-sena speċjali li fiha qed infakkru l-175 sena tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista, il-parroċċa nediet diversi inizjattivi pastorali, sew fuq livell ta’ katekeżi kif ukoll fuq livell ta’ karità. 1. Katekeżi fuq San Ġwann Battista Darba fix-xahar qed issir katekeżi minn P. Marcello Ghirlando OFM fuq San Ġwann Battista. Din qed issir kull l-aħħar Ħamis tax-xahar, fil-knisja, fis-7.00pm. L-għan tagħha hu li tgħinna nersqu aktar lejn il- Kelma t’Alla u nsiru nafu aktar lill-Battista fid-dawl tal-Iskrittura Mqaddsa. Anke meta bdiet l-imxija tal-Covid-19 f’pajjiżna u n-nies ma setgħux jibqgħu jiltaqgħu fil-knejjes, din il-katekeżi baqgħet issir xorta waħda f’xandira diretta mill-knisja fuq Radju Prekursur u livestreamed fuq il-YouTube channel tal-istess radju. 3. Kampanja għoti tad-demm Fil-qasam tal-karità, il-parroċċa nediet kampanja ta’ għoti tad-demm bil-għan li niġbru mill-parroċċa tagħna 175 borża demm - numru simboliku f’rabta mal-175 sena tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista. Flewwel ftit ġimgħat kien hemm rispons tajjeb ħafna iżda mbagħad sfortunatament naqas ukoll minħabba l-imxija tal-Covid-19. Din l-inizjattiva għadha miftuħa u fi ħsiebna nkompluha sal-aħħar tas-sena 2020. Qed tingħata tifkira lid-donaturi li huma mill-parroċċa tagħna u li jixtiequ jkunu parti minn din l-inizjattiva. 4. Caritas parrokkjali 2. Mixja mal-Kelma t’Alla għall-koppji żgħar Inizjattiva oħra fl-ambitu tal-Katekeżi kienet it-twaqqif ta’ grupp għall-koppji tal-parroċċa tagħna li żżewġu f’dawn l-aħħar għaxar snin. Dawn ġew mistiedna biex jibdew mixja mal-Kelma t’Alla, li tikkonsisti f’laqgħa darba fix-xahar. Sfortunatament dawn il-laqgħat, li kienu qed jitmexxew minn Dun Gabriel Gauci flimkien ma’ xi animaturi mill-Kummissjoni Djoċesana Familja, kellhom jieqfu minħabba l-imxija tal-Covid-19. Hemm il-ħsieb li jitkomplew meta ċ-ċirkustanzi jkunu jippermettu. Imnebbħin mill-messaġġ ta’ Ġwanni l-Battista biex “min għandu żewġ ilbiesi jaqsam ma’ min m’għandu xejn u min għandu x’jiekol jagħmel l-istess” (Lq 3,11), hemm il-ħsieb ukoll li, f’rabta ma’ din is-sena speċjali, niftħu ċentru Caritas parrokkjali. L-għan ta’ dan iċ-ċentru ser ikun li noffru għajnuna permezz ta’ ikel, ħwejjeġ u bżonnijiet oħra lill-familji u persuni fil-bżonn anke lill-barranin li jgħixu fostna. Dan ser ikun immexxi mill- Kummissjoni Djakonija li waqqafna fil-parroċċa tagħna f’Ottubru 2019. Din il-Kummissjoni diġà qed tgħin xi familji jew persuni li huma fil-bżonn anke fil-kuntest tal-imxija tal-Covid-19.