36
3. Rinovazzjoni u Tisbiħ tan-Niċċa
Waqt li l-istatwa ta’ San Ġwann Battista
kienet tinsab għar-restawr, tajna wkoll
bidu għax-xogħol ta’ rinovazzjoni u
tisbiħ tan-niċċa tiegħu. Id-disinn u
d-direzzjoni tax-xogħol ġew afdati
f’idejn Manuel Farrugia. Il-mudellatura
tad-disinn fit-tafal u l-eżekuzzjoni talornamenti
u l-induratura tagħhom saru
minn Hubert Saliba, waqt li x-xogħol
tal-gwarniċi u l-lavur fl-injam saru minn
Joseph Vella.
Hubert Saliba jimmudella d-disinn fit-tafal
Id-disinn tan-niċċa, ta’ Manuel Farrugia.