31
1864
Titwaqqaf il-fratellanza ta’ San Ġwann Battista, dik li llum
terfa’ l-istatwa. Flimkien ma’ dik tas-Sagrament u dik tal-
Madonna tar-Rużarju, din tieħu sehem fil-purċissjoni tal-
Battista. Qabel it-twaqqif tal-fratellenza ta’ San Ġwann,
l-istatwa kienet tiġi merfugħa għall-ewwel mill-gabillotti
u wara minn xi baħrin li ħallsu xi flus. Għanja folkloristika
b’rabta ma’ din li kienet tinstema’ kienet din:
Issa wasal San Ġwann tagħna,
Trid tarahom il-baħrin,
Dawn jerfgħuh fuq wiċċ idejhom
B’dawn l-imkatar tal-ħarir.
1889
Fis-sena 1889 ġew maħduma l-pedestall u l-bradella
ta’ San Ġwann Battista minn Pawlu Bugeja u li ġabar
għalihom is-Sur Salvatore Mercieca 11 .
Ta’ min jinnota li fuq kull naħa tal-pedestall oriġinali, li
kien ġie mal-istatwa, kien hemm xena li tirrappreżenta
xi episodju mill-ħajja tal-Battista. Dawn kienu tpittru
mill-istess skultur Pietru Pawl Azzopardi. Dan ilpedestall
għadu jinsab fil-parroċċa tagħna.
1908
Minn din is-sena fi żmien l-Arċipriet Dun Anton Aquilina
l-purċissjoni ta’ San Ġwann bdiet issir filgħaxija.
1939
Fil-5 ta’ Settembru 1939, issa li kienu tlestew in-navi,
l-istatwa ta’ San Ġwann tpoġġiet għall-ewwel darba
fin-niċċa l-ġdida tagħha li kienet tinsab fin-navata
tax-xellug. Qabel hija kienet tinsab fil-kappella tal-
Addolorata, fin-niċċa tan-naħa tal-lemin. 12
1943
L-istatwa ġiet miżbugħa mill-Professur Ġużeppi Briffa
minn Birkirkara. Ix-xogħol inbeda fl-1 ta’ Ġunju u
ntemm fl-4 ta’ Ġunju 1943. L-ispiża telgħet għal £20
sterlina u ħallashom il-Prokuratur ta’ dak iż-żmien Dun
11 Serafin Borg, Ix-Xewkija Fi Ġrajjiet Il-Kappillani U L-Arċiprieti
Tagħha (Progress Press; Malta, 1978), pġ. 23-24.
12 Memorie della Chiesa Arcipretale di Xeuchia 1936-1971, p.22.
Franġisk Debono. Dakinhar l-istatwa kienet ittieħdet
fid-dar tal-Arċipriet Antonio Xuereb fejn kien sar ixxogħol.
L-istess Briffa kien ospitat fl-istess dar. 13
1945
Ġie ċċelebrat bil-kbir l-ewwel ċentinarju mill-wasla
tal-istatwa titulari. Minkejja li x-Xewkija bħall-bqija
tal-pajjiż kienet għadha qed tirkupra mill-konsegwenzi
koroh tat-Tieni Gwerrra Dinjija, ma setax jonqos li din
l-anniversarju importanti ma jitfakkarx bl-aħjar mod
possibbli.
Fis-17 ta’ Ġunju l-Arċipriet Dun Anton Grima kien qara
lill-poplu miġbur għan-novena, ir-relazzjoni li nsibu
fir-Reġistru tal-Magħmudijiet, vol.III, li tiddeskrivi
l-wasla tal-istatwa. B’ringrazzjament huwa ntona
wkoll it-Te Deum. Dakinhar ukoll b’tifkira ta’ dan iċċentinarju
kienet iżżanżnet statwa ta’ San Ġwann bilħarufa
maħduma minn Wistin Camilleri waqt marċ
mill-Banda Leone. 14 Din kienet tħallset minn Pawlu
Azzopardi (Ta’ Ħaqqu).
Fil-jiem tat-tridu 20, 21 u 22 ta’ Ġunju kien ippiretka
l-W.R. Patri Prior Ġorġ Borg O.C. F’jum il-festa li dakinhar
il-jum liturġiku tal-24 inzerta l-Ħadd, il-quddiesa
pontifikali tmexxiet mill-E.T. Mons. Ġużeppi Pace D.D,
J.C.D, Ph.D. li niseġ ukoll iI-paniġierku dwar il-virtujiet
ta’ San Ġwann. Filgħaxija l-Isqof mexxa hu wkoll ilpurċissjoni.
Il-paniġierku ta’ qabel il-purċissjoni kien
nisġu Patri Alan Fenech S.Th.L. O.P. Il-mużika tmexxiet
mill-Mastru di Kappella tal-katidra, Pawlu Lanzon.
Ta’ min jinnota li l-Ġimgħa 22, fl-aħħar tat-tridu u fil-jum li
fakkar eżatt il-mitt sena eżatt mill-wasla tal-istatwa kienet
saret translazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġwann mat-toroq
tar-raħal. F’din l-okkażjoni ħadet sehem il-Banda La Stella.
F’jum il-festa kienu ħadu sehem erba’ baned. Minbarra
l-baned Għawdxin La Stella u Leone kienu ġew mistiedna
wkoll il-baned Maltin, La Valette u San Ġiljan. La Valette
kienet ġiet fostna minn lejlet il-festa u pparteċipat fost
oħrajn fit-translazzjoni ta’ lejlet il-festa wkoll. Niftakru li
l-Banda Prekursur kienet għadha mgħaffġa bil-gwerra
billi s-suldati Ingliżi kienu okkupaw il-każin u bosta
bandisti kienu ttieħdu bil-lieva.
Ta’ min isemmi wkoll li kienet ġiet ikkummissjonata
l-qanpiena ż-żgħira għall-kampnar f’din l-okkażjoni wkoll.
Fit-2 ta’ Settembru 1945 sar marċ mill-Banda Leone
bl-istatwa tal-Battista. Wara d-dimostrazzjoni sar
programm mużikali u s-serata ntemmet bil-ħuġġieġa.
1949
Fit-13 ta’ Ġunju 1949, l-aħwa Saliba magħrufa bħala Ta’
Flieles taw bħala rigal lill-knisja, 4 vażetti (kannestrini)
tal-fidda biex jitpoġġew fuq il-bradella ta’ San Ġwann
13 Ibid., p.24.
14 Ibid., p.26.