Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 32

30 It-translazzjoni solenni tal-istatwa l-ġdida ta’ San Ġwann Battista, nhar it-22 ta’ Ġunju 1845, bil-poplu jħallas l-ispejjeż kollha. Għal din it-translazzjoni ngħata bidu fis-2.30pm tal-jum imsemmi, liema saret bil-pompa kollha millknisja ta’ San Bartilmew Appostlu lejn din il-knisja parrokkjali ta’ San Ġwann Battista, diġà mżejna b’mod mill-iktar nobbli, bl-akkumpanjament flimkien mal-Kappillan ta’ dan ir-raħal Dun Nikol Vella u tal-Kappillan Ta’ Sannat Dun Alessandru Cauchi 5 u Dun Pawl Grech, Vigarju Kurat tal-istess Kappillan Dun Nikol Vella, filwaqt/peress li m’attendewx, anke jekk kienu mistiedna, il-kappillani l-oħra, blakkumpanjament ukoll ta’ numru kbir ta’ kleru mir- Rabat u l-irħula u l-fratellanzi ta’ din il-parroċċa, fost il-kant devot tas-saċerdoti, id-daqq festiv tal-Bronż Qaddis 6 , id-daqq armonjuż tal-banda u sparar ta’ murtaletti. Il-pass imqit, il-postura, kollox kien jispira pjetà u devozzjoni. Wara li ntemmet il-purċissjoni ġiet inċensata miċ-ċelebrant, waqt li l-kor tal-mużiċisti esegwixxa antifona sabiħa u wara l-versett iċċelebrant kanta l-Orazzjoni (it-Talba). Fl-aħħar ilbarka bis-Santissimu Sagrament. Fl-aħħar nett filgħaxija (saret) illuminazzjoni (mixegħla tad-dawl), daqq ta’ banda, ġigġifogu u mbagħad saret serata festiva. (Fit-traduzzjonijiet ma sarux bidliet li jakkomodaw lis-sintassi Maltija. Dan sabiex tibqa’ r-rabta mat-tifsira oriġinali bit-Taljan) L-istatwa mbagħad inħarġet proċessjonalment għallewwel darba jumejn, jiġifieri f’jum is-solennità liturġika tat-twelid tal-Għammiedi, it-Tlieta 24 ta’ Ġunju 1845. Niftakru li dak iż-żmien il-festa kienet tiġi ċċelebrata fil-jum propju tagħha. 1848 Inħadem is-salib tal-istatwa fil-fidda u ġie bbanjat fiddeheb minn Saverio Cannataci fl-1848, tliet snin wara l-wasla tal-istatwa 7 . Ta’ min jgħid li Saverio Cannataci ħa l-bolla bħala arġentier fl-1806 u sar konslu tal-fidda u d-deheb fl-1848, l-istess sena li fiha ħadem is-salib ta’ San Ġwann. 8 1854 Mir-reġistru tal-eżitu nafu li fis-sena 1854, l-istatwa ta’ San Ġwann kienet reġgħet nżebgħet, u għal dan il-għan kienet tħallset is-somma ta’ tmintax-il skud ‘... per nuova tintaura della statua di San Giovanni Battista .. sc 18. 9 Din kienet inżebgħet mill-istess Pietru Pawl Azzopardi u l-irċevuta datata 20 t’Awwissu 1854 ġiet iffirmata f’isem missieru minn ibnu Ġużeppi. 10 5 Il-Kappillan Ta’ Sannat Dun Alessandru Cauchi kien mix- Xewkija u x’aktarx li għalhekk kien l-uniku fost il-kappillani l-oħra kollha li attenda. 6 Bit-terminu ‘bronż qaddis’ qed jirreferi għall-qniepen li dak iżżmien kienu jiġu kkonsagrati (mhux biss imbierka) b’rit apposta. 7 Dettall skopert reċentament mill-bull li nsibu fuq l-istess salib. 8 Tagħrif miksub minn George Farrugia. 9 Grazio Grech, L-Għammiedi 170 Sena L-Għaxqa Tax-Xewkin, 2015, pġ 20. 10 Stanley Mangion u Christopher Magro, Skulturi Maltin tal- Iskola Spanjola (Print Right Ltd; 2013) pġ. 79-80