29
175 sena fostna
L-Istatwa
ta’ San Ġwann Battista
Matul is-Snin
Mario Xerri
...monument kolossali, tħares lejha, issaħħrek bilġmiel
tagħha. Is-sura tal-Prekursur nofsha mistura
f’ġild il-ġemel, bil-Ħaruf t’Alla ħdejn riġlejha u b’dik
l-id mgħollija ’l fuq iġġagħlek tistenna l-kelma
sħiħa li darba dwiet, taqta’ daqs l-azzar misnun
fil-kuxjenza tad-diżonest Erodi. Mela kellu għaliex
jifraħ il-poplu tax-Xewkija għad-dehra tal-istatwa
tassew artistika u devota! 1
Hekk jiddeskrivi l-istatwa l-patrijott Xewki Patri Serafrin
Borg fil-ktieb tiegħu, Ix-Xewkija Fi Ġrajjiet il-Kappillani u
l-Arċiprieti Tagħha meta jiddeskrivi l-wasla tal-istatwa
sewwasew 175 sena ilu. U naħseb ma hemmx wild
Xewki li ma jaqbilx ma’ kliemu għax fil-kliem konċiż
tiegħu, huwa esprima s-sentimenti mistura fil-qalb ta’
kull wieħed u waħda minna.
inġarret fuq l-ispallejn, l-ewwel għall-pjazza tal-knisja
parrokkjali tax-Xewkija u mbagħad għar-Rabat.
L-istess tradizzjoni tgħid li l-poplu Xewki, flimkien mal-
Kappillan tiegħu kien ħareġ bi ħġaru biex jara l-istatwa.
Tant intlaqat mis-seħer u l-ġmiel tal-kapulavur ta’
Azzopardi, li tħajjar hu wkoll jibdew il-proċess biex
jordna waħda għall-parroċċa tiegħu ukoll. 2
Tradizzjoni oħra tgħid li meta Azzopardi ġie biex jaħdem
l-istatwa ta’ San Ġwann; hu ħa bħala mudell l-istatwa ta’
Ġesù fl-istatwa ta’ Ġesù u Marija (Sigismondo Dimech,
c. 1802-1807) meqjuma fil-knisja parrokkjali ta’ San
Ġorġ. Biex qala’ l-permess, hu offra li jnaqqax għal dik
il-parroċċa sett gandlieri tal-injam il-ġmiel tagħhom, li
għadhom jitgawdew sal-lum il-ġurnata fil-jiem tal-festa
titulari f’Lulju. 3
Mija u ħamsa u sebgħin sena ilu, irċivejna siġill, li ma jista’
jitneħħa qatt. Irċivejna marka li tfakkarna b’mod dejjiem
fir-rabta bla ma taqta’ li l-antenati tagħna kellhom matul
is-sekli mal-Battista. Rabta li kibret u l-frott tagħha
narawh fil-wasla tal-istatwa u f’dak li ġara wara.
Matul il-medda tas-snin il-poplu Xewki ma qagħadx
lura milli jindokra din il-ġawhra, din ix-xbieha li tfakkru
fil-patrun tiegħu, fil-ħabib tal-Għarus. Ma naqasx milli
jżejjinha bl-ifjen tiżjin possibbli li jikkumplimenta l-istil
u l-figura tal-Prekursur.
Nagħtu ħarsa kronoloġika lejn xi ġrajjiet ewlenin fl-
Istorja li b’mod jew ieħor kellhom rabta mal-istatwa.
1839
Nibdew bi tradizzjoni poplari li fil-verità tmur qabel ilwasla
tal-istatwa tal-Battista. Hi marbuta mal-wasla talistatwa
titulari ta’ San Ġorġ (Rabat Għawdex) li ġrat f’din
is-sena. Jingħad illi meta l-istatwa ta’ San Ġorġ (li wkoll
inħadmet minn Pietru Pawl Azzopardi) rifset Għawdex,
din merfugħa f’kaxxa tgħabbiet fuq dahar il-bhejjem
sar-raħal tax-Xewkija. Fil-knisja ta’ San Bert, magħrufa
aħjar bħala Tal-Ħniena, jingħad li l-kaxxa bdiet tiżżarma
u minnha nħarġet l-istatwa, li minn hemm ’il quddiem
Serafin Borg, Ix-Xewkija Fi Ġrajjiet Il-Kappillani U L-Arċiprieti
Tagħha (Progress Press; Malta, 1978), pġ. 23
1845
Dak li żgur huwa dokumentat huwa dak li nsibu fuq
in-naħa ta’ wara tar-Reġistru tal-Magħmudijiet, vol. III
jiġifieri r-rakkont tal-wasla tal-istatwa ta’ San Ġwann
Battista f’Casal Xeuchia. Hawnhekk għandna mniżżel
iswed fuq l-abjad il-ġrajja tat-translazzjoni tal-istatwa,
li wkoll bdiet mill-kappella Tal-Ħniena 4 . Għaldaqstant
din il-kappella kellha x-xorti tilqa’ quddiemha l-ewwel
żewġ statwi titulari tal-gżira Għawdxija.
Niskopru x’fih id-dokument (stampat) li jagħti
deskrizzjoni ta’ x’ġara fil-jum tal-Ħadd 22 ta’ Ġunju
mis-sagħtejn u nofs ’l quddiem.
2 Francesco Pio Attard, Gourgion Għadd 57, pġ 9.
3 Ibid
4 Arkivju Parroċċa Xewkija, Liber Baptizatorum, III, p.232.