Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 27

25 ħalla miktub li, li kieku ma kienx għal ibnu Giuseppe, kien ikollu jbigħ ġidu biex jgħix. Huwa miet b’puplesija nhar l-24 ta’ Ottubru 1875, flgħomor ta’ 84 sena. Ġie mogħti l-aħħar tislima funebri fil-knisja parrokkjali ta’ Ħal Tarxien fejn ġie midfun. Castagna fil-pubblikazzjoni storika tiegħu tal-1890 L-Istorja ta’ Malta bil-Gżejjer Tagħha, jgħidilna wkoll li Azzopardi kien skultur tar-Re Ferdinandu II ta’ Spanja. Dan juri li kien kiseb fama artistika kbira anke barra minn xtutna. Il-biċċa l-kbira tal-istatwi li skolpa u żebagħ Pietru Pawl, kienu fuq disinn tiegħu stess. Jidher ukoll li l-aktar li skolpa kien fl-injam. Kien f’dan il-materjal ukoll li ħareġ l-aħjar xogħlijiet tiegħu. Nagħmlu elenku ta’ wħud mix-xogħlijiet ewlenin tiegħu. Nibdew minn dawk li nsibu Malta u mbagħad insemmu dawk li nsibu fil-gżira Għawdxija. Kif wieħed jista’ jinnota bosta huma x-xogħlijiet fil-parroċċa tiegħu stess, dik ta’ Bormla. Imma nsibu oħrajn mifruxin flirħula u fil-bliet Maltin: · L-ewwel statwa li ħadem kienet statwa tar-Redentur, li Pietru Pawl skolpa fl-1808 fil-ġebla Maltija, għallkappella ta’ Santu Rokku f’Ħal Għaxaq. · Fl-1816 huwa skolpa statwa ta’ Santa Katerina, ukoll fil-ġebel li tinsab f’niċċa fi triq fiż-Żurrieq. · Fl-1828 naqqax l-ewwel xogħol artistiku kbir, li nistgħu ngħidu kien il-bidu ta’ mixja li għolliet ismu, statwa tal-Madonna tar-Rużarju għall-konfraternità tar-Rużarju ta’ Bormla. · Fl-1833 kien ikkummissjonat jaħdem santu korp, jiġifieri statwa li fiha jitqiegħdu r-relikwi ta’ qaddis. Dan sar mill-Parroċċa ta’ Ħal Luqa għall-korp sant ta’ San Feliċissimu. L-ewwel xogħol importanti, Statwa Madonna tar-Rużarju, Bormla Il-Karriera Tiegħu L-Istoriku P.P. Castagna li kien jgħix fi żmienu, jgħidilna li Pietru Pawl beda l-karriera tiegħu jiskolpixxi puleni li jsebbħu l-iġfna. Naħsbu li kien jaħdem ukoll xogħol ta’ mastrudaxxa. Fiċ-ċert huwa kien ħadem il-bieb il-kbir tal-knisja ta’ San Ġorġ tar-Rabat Għawdex li llum jinsab fis-sagristija tal-istess knisja. Nafu fiż-żgur li qabel sab postu fl-arti tal-iskultura tal-injam, huwa kien skarpan u negozjant taż-żraben. Kif tennejna aktar qabel, Pietru Pawl kien aljev ta’ Marjanu Gerada. Dan Gerada kien trawwam fis-sengħa f’Valenzja fi Spanja fejn kien mar meta kien għadu żagħżugħ. Hemmhekk huwa kien student tal-Iskultur José Esteve Bonet. Nafu li l-istess Pietru Pawl kien aktar tard akkwista numru ta’ għodod tal-arti tal-istess Gerada wara mewtu. Huwa kompla wkoll numru ta’ xogħlijiet ta’ Gerada meta dan ġie nieqes ħabta u sabta fl-24 ta’ Jannar 1823. · Fl-1834 huwa ħadem l-istatwa ta’ Kristu marbut mal-kolonna għall-konfraternità tas-Salib Imqaddes fil-knisja ta’ Ġieżu l-Belt. · Bejn 1838 u l-1839 fuq kummissjoni tal-fratellanza tas-Salib Imqaddes ta’ Bormla ħadem żewġ statwi oħra, waħda ta’ Kristu marbut mal-kolonna u l-oħra tal-Ecce Homo. · Fis-sena 1843 huwa ħadem l-istatwa ta’ San Ġużepp għall-konfraternità tal-istess qaddis f’ Bormla wkoll. · Tliet snin wara fl-1846 huwa ħadem l-istatwa ta’ Sant’Agata għall-istess knisja. · Fl-1853 ħadem l-istatwa tal-Bambina għall-parroċċa tal-Mellieħa. · Fl- 1856 ħadem statwa tar- Redentur għallkonfraternità tas-Salib Imqaddes ta’ Bormla. · Fl-1858 huwa skolpa fil-ġebel l-istatwi tal-profeti San Elija u San Eliżew għall-kunvent tal-Karmelitani fil-Belt Valletta. · Fl-1865, Mastru Pawl naqqax l-aħħar opra tiegħu, l-istatwa ta’ San Mikiel għal Ħal Qormi. Waqt dan ixxogħol meta kellu 74 sena, Pietru Pawl marad.