26
Għawdex ukoll ibbenefika mill-maestrija ta’ Azzopardi.
Aktarx li l-kummissjonijiet f’Għawdex bdew grazzi għallħbiberija
ta’ Pietru Pawl ma’ ċertu Calcedonio Battajille.
Dan Calcedonio li kien twieled ir-Rabat Għawdex u ġie
mgħammed fil-knisja ta’ San Ġorġ nhar l-4 t’Ottubru 1789.
Bejn l-1810 u l-1818, huwa kien jeżerċita l-professjoni
notarili tiegħu f’Għawdex. Nafu li kien iżżewweġ lil Anna
Gerada, armla ta’ Joseph Gerada, (ħu l-kbir ta’ Mariano
l-iskultur). Nafu li fl-1833 Dott. Calcedonio kellu uffiċċju
notarili f’numru 18, Strada Nuova Bormla, allura filparroċċa
ta’ Pietro Pawl. Jidher li Mastru Azzopardi kien
sikwit ifittex is-servizzi ta’ Calcedonio meta kien jagħmel
xi kuntratt fuq kummissjonijiet ta’ statwi u t-tnejn saru
ħbieb sew. F’Għawdex nistgħu nsemmu b’ċertezza dawn
ix-xogħlijiet:
· Fl-1839 ħadem l-istatwa ta’ San Ġorġ li nsibu fir-Rabat
Għawdex. Fl-istess knisja fl-1848 ħadem il-Kurċifiss
sabiex jintuża fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira.
· Fil-knisja tal-Patrijiet Franġiskani Konventwali tar-
Rabat Għawdex insibu l-vara ta’ Santu Kruċ li fiha
naraw kull naħa tas-Salib Imqaddes lill-Imperatriċi
Santa Elena u l-Isqof ta’ Ġerusalemm San Makarju.
Oriġinarjament fl-1862 kienet maħduma għall-knisja
ta’ Ġieżu fil-Belt Valletta imma mbagħad inxtrat mill-
Għawdxi Antonio Portelli.
· Kif ilkoll nafu fl-1845 Mastru Pietru Pawl naqqax
waħda mill-isbaħ opri tiegħu, l-istatwa kapolavur ta’
San Ġwann Battista li nsibu fil-parroċċa tagħna tax-
Xewkija.
Konklużjoni
Il-gżejjer Maltin għadhom igawdu t-teżori artistiċi millisbaħ
li ħarġu minn id Mastru Pietru Pawl. Huwa kien
versatili u prolifiku f’xogħlu. Għaraf ikun innovattiv u
b’hekk tana xogħol bit-timbru partikolari tiegħu. Kellu
stil oriġinali tiegħu li ntgħoġob mill-Maltin. Kien stil
Barokk imrażżan, jixbah iktar lill-klassiku b’elementi
eleganti, sobriji u kalmi u b’kurvaturi tal-għaġeb. Lillistatwi
li huwa naqqax kien jagħtihom espressjoni
artistika bi sbuħija partikolari, speċjalment meta kien
inaqqax l-uċuħ tagħhom. Hekk per eżempju naraw
f’San Ġwann wiċċ kwiet, kalm u rassenjat.
Azzopardi kien bniedem ħawtiel u bieżel. Kien kburi
b’xogħlu iżda fl-istess ħin umli u ma tantx kien iħobb
jidher. Hija tassew ħasra li ma jeżisti l-ebda ritratt jew
xbieha ta’ dan l-artist. Madanakollu aħna x-Xewkin
iffortunati li nistgħu ngawdu l-ħiliet tiegħu mnaqqxin
fil-kapolavur li ħallielna fl-istatwa artistika u devota ta’
San Ġwann Battista.
Riferenzi:
Eugene F. Montanaro, Pietro Paolo Azzopardi: A Forgotten
sculptor, f’Proceedings of History Week 1981, Malta, 1981.
Stanley Mangion u Christopher Magro, Skulturi Maltin tal-
Iskola Spanjola, 2013.