Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 26

24 175 sena fostna Mastru Pietru Pawl Azzopardi 20 t’April 1791 - 24 t’Ottubru 1875 Kieku jkollok tistaqsi lil xi Xewki min hu l-iskultur talistatwa titulari, bi probabilità kbira jgħidlek li huwa Pietru Pawl Azzopardi. Dan għaliex ir-rabta bejn l-istatwa u x-Xewkin hija waħda kbira u l-ġmiel tagħha bilfors iġagħlek tistaqsi min kien dak li b’tant ħila rnexxielu jiskolpiha. Imma forsi inqas huwa magħruf dak li għadda minnu Mastru Pietru Pawl fil-ħajja personali tiegħu. Dak li ħalla lill-gżejjer Maltin teżori li għadhom sal-lum isaħħru lil kull min iħares lejhom. Tfulitu u Familtu Pietru Pawl twieled il-Belt Valletta fl-20 t’April 1791. Kien it-tielet wild ta’ Antonio Azzopardi u Maria née Camilleri. Ġie mgħammed l-għada fil-knisja ta’ San Pawl Nawfragu l-Belt Valletta. Ingħata l-ismijiet Salvator, Joseph, Petrus Paulus u Jeremias f’din l-ordni, imma meta kiber kien isejjaħ lilu nnifsu Maestro Scultore Pietro Paolo Azzopardi. Kontra n-norma ta’ dak iż-żmien nafu li kien rċieva xi Isem Pietru Pawl fir-reġistru tat-twelid forma ta’ edukazzjoni. Mill-kaligrafija tiegħu, wieħed jista’ jasal biex jgħid li Pietru Pawl kellu edukazzjni bażika tajba ħafna għax hi kitba pulita u sabiħa. Il-fatt li l-familja Azzopardi kienet tat-tajjeb seta’ ppermetta biex jintbagħat l-iskola jew li jitqabbad xi għalliem privat. Anke l-fatt li kien imsieħeb fl-akkademja Corpo delle Belle Arti del Desegno jindika dan. Żmien tfulitu u żgħożitu ma kienx l-iktar wieħed feliċi. Pajjiżna kienu kkaratterizzat mit-tkeċċija tal-Kavallieri minn Malta, mill-qawmien tal-Maltin kontra l-Franċiżi kif ukoll mill-ħakma tal-amministrazzjoni Brittanika tal-ġżejjer tagħna. Kien iż-żmien ukoll meta l-gżejjer Maltin inħakmu fl-1813 mill-pesta u fl-1837 mill-kolera. Ta’ sbatax-il sena preċiżament fis-27 ta’ Lulju 1808 tilef lil missieru Antonio. Imma dawn l-isfidi kollha flimkien ma’ oħrajn jidhru li aktar saħħew fih id-determinazzjoni tiegħu. Il-karattru reliġjuż tiegħu wkoll għenu jirbaħ iż-żminijiet koroh tal-ħajja. Nafu li fl-1805, il-familja tiegħu marret tgħix Bormla. Għal Pietru Pawl din id-deċiżjoni kienet barka missema għax issarrfet f’opportunità unika. Hemm hu sar midħla tal-Imgħallem Marjanu Gerada li miegħu tkisser fl-arti tal-iskultura u anke kien apprentist tiegħu. Bla dubju din kellha tħalli marka kbira fuqu. Sa minn età relattivament żgħira, in-namra tal-iskultura kienet fih, tant li l-ewwel xogħol datat tiegħu, statwa skolpita filġebel tar-Redentur kien ġa ħadimha fl-1808. Fit-28 t’Ottubru 1817 Pietru Pawl iżżewweġ lil Giovanna Rosa Camilleri minn Bormla fil-knisja tal-Kunċizzjoni flistess belt. F’Bormla wkoll fetaħ il-bottega tiegħu. Minn dan iż-żwieġ kellhom sitt ulied li però, minnhom għexu tlieta. Dawn kienu Salvatore, li twieled fl-1824; Maria Concetta li twieldet fl-1826 u Ġużeppi li twieled fl-1830. Dan Ġużeppi kellu jkun l-ħatar li fuqu strieħ tul ħajtu, aktar u aktar meta beda jgħejja. Finanzjarjament l-ewwel snin taż-żwieġ tiegħu ma tantx ġabulu risq. Nafu li l-ewwel kummissjoni importanti li kellu daħlet biss fl-1828. Sfortunatament fit-22 ta’ Diċembru 1833 tilef lil martu Giovanna Rosa fl-età ta’ 37 meta, meta kienet qed twelled is-sitt wild tagħha. Ma kinitx faċli għalih li jrabbi t-tliet uliedu żgħar waħdu li kellhom bejn tlieta u disa’ snin. Għalhekk fil-5 ta’ Mejju 1836 reġa’ żżewweġ, din id-darba lil Antonia Attard fil-knisja tal-Porto Salvo fil- Belt Valletta. Minn din it-tieni relazzjoni ma kellux tfal. Fl-1840 Pietru Pawl Azzopardi reġa’ mar jgħix f’belt twelidu, fil-Belt Valletta preċiżament fid-dar numru 7, Strada Ponente. Hawnhekk fetaħ ukoll ħanut taxxogħol. Kien hawn meta fit-13 ta’ Frar 1864 kellu jassisti għat-telfa tat-tieni mara tiegħu Antonia. Hija ġiet midfuna fil-knisja ta’ Ġieżu l-Belt. L-aħħar żmien ta’ ħajtu għaddieh jgħix ma’ ibnu Giuseppe f’numru 123, Triq l-Ifran il-Belt. Jidher li dan iżżmien ma tantx kien wieħed tajjeb. Fit-testment tiegħu