21
8
9
l-altar. Ix-xbieha tirrappreżenta lil Kristu glorjuż jirċievi
l-qima tal-qaddisin. L-iskema ta’ dawn il-qaddisin hija
dejjem ordinata f’ ġerarkija fissa: l-ewwel fuq il-lemin
Marija Omm Alla, l-ewwel fuq ix-xellug Ġwanni Battista,
it-tieni fuq il-lemin San Mikiel, it-tieni fuq ix-xellug San
Gabrijel, it-tielet fuq il-lemin San Pietru, it-tielet fuq
ix-xellug San Pawl. Id-deisis tirrappreżenta b’mod viżiv
dak li jgħid Ġwanni nnifsu: “Jeħtieġ li niċkien jien biex
jidher Hu.” Huwa l-iskop tal-ħajja ta’ kull Nisrani, jiġifieri
li jsir trasparenza ta’ Kristu, li jiċkien hu – rappreżentat
fl-ikonografija permezz ta’ inkin profond – biex fih
jidher Kristu.
Ikona interessanti ta’ Ġwanni hija dik fejn huwa
rappreżentat bil-ġwienaħ (7), ħaġa li għalina
hija kemxejn stramba. Naturalment din mhix
rappreżentazzjoni realistika, imma simbolika. Hawn
Ġwanni huwa rappreżentat bħala figura anġelika,
jiġifieri bħala messaġġier ta’ aħbar divina. Ukoll, xi drabi
nsibu li l-monaċi tad-deżert huma wkoll rappreżentati
bil-ġwienaħ biex juru li huma maqtugħa mid-dinja
u l-aljenazzjoni tagħha. Ġwanni wkoll kien jgħix din
il-ħajja axxetika fid-deżert u allura l-ġwienaħ juru li
Ġwanni kien maqtugħ mid-dinja u mogħti kollu kemm
hu għall-ħajja spritwali.
Ikonografija oħra interessanti hija dik ta’ Ġwanni li jġorr
il-Ħaruf, jiġifieri li Ġwanni huwa dak li juri lil Kristu bħala
l-Ħaruf ta’ Alla. Fil-bieb tal-bażilika ta’ Vezelay, f’nofs ilbieb
fuq il-pilastru, tiddomina din ix-xbieha (8). Meta
wieħed jgħaddi mill-bieb, l-ewwel jiltaqa’ ma’ din ixxbieha
profetika, qabel ma joqrob lejn l-altar li huwa
l-post fejn nieħdu sehem fl-ikla tal-Ħaruf.
Nagħlaq din il-ħarsa ħafifa bi xbieha kontemporanja
tal-għalliem tiegħi Patri Marko Ivan Rupnik (9). F’din
ix-xbieha tal-magħmudija tal-Mulej, l-Artist jgħaqqad
diversi elementi ikonografiċi flimkien. Filwaqt l-Ġwanni
jgħammed lil Kristu, dan bħal qisu jistaħba warajh,
biex juri li mhux hu l-Messija, imma warajh għandu jiġi
dak li hu akbar minnu. Hija l-missjoni ta’ kull profeta u
għalliem, li jirtira lura biex dak li jidher ma jkunx hu
imma Kristu. Huwa propju f’din l-umiltà li tidher ilkobor
tal-qdusija tal-Battista. Min-naħa tiegħu, Kristu
jidher qisu mejjet, b’għajnejh magħluqa, bil-figura
tixbah lix-xbieha fuq il-liżar ta’ Turin. Il-magħmudija hija
sinjal tal-mewt li Kristu ġie biex jieħu fuqu minħabba
fina. Din hija propju l-quċċata tal-missjoni tiegħu, li
jagħti ħajtu. L-isfond huwa deheb, il-kulur tad-dawl
tax-xemx, li juri kif Kristu huwa dan id-dawl veru li bilmisteru
tal-Għid tiegħu jdawwal id-dlamijiet tad-dinja.