Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 22

20 4 6 ftit li xejn ġew minsusa jew mibdula u għalhekk ħafna minnhom waslu għandna fl-istat oriġinali tagħhom. F’dawn il-battisteri, ta’ għamla tonda jew ottagonali, dekorati b’mużajk Biżantin, tispikka fin-nofs tal-koppla x-xbieha tal-magħmudija tal-Mulej (3). Il-pożizzjoni tax-xbieha hija interessanti u suġġestiva. Nistgħu nimmaġinaw, kif din ix-xbieha fl-għoli kienet tirrifletti ruħha fuq wiċċ l-ilma tal-vaska tal-magħmudija u allura turi r-rabta bejn dak li seħħ fil-Ġordan u dak li jseħħ fis-Sagrament. Kif Kristu jiġi proklamat bħala Iben ta’ Alla u mimli bl-Ispirtu biex iwettaq il-misteru ta’ salvazzjoni, hekk ukoll l-imgħammed isir Iben ta’ Alla u jirċievi d-don tal-Ispirtu biex ikompli fid-dinja l-missjoni saċerdotali ta’ Kristu. Interessanti wkoll f’dawn ix-xbihat hija l-personifikazzjoni tax-xmara Ġordan bħala raġel imdaħħal fiż-żmien, li b’idejh miftuħa jilqa’ lil Kristu fi ħdanu. ta’ Ġwanni jsir tħabbira u profezija tal-mewt ta’ Kristu u juri li Ġwanni mhux biss Prekursur tal-Mulej fil-ħajja, imma wkoll bil-mewt tiegħu (4). Post ieħor ta’ Ġwanni fl-ikonografija huwa fil-Ġudizzju Universali. Eżempju fost ħafna nistgħu nsemmu Santa Maria Assunta in Torcello (5). Hawnhekk, Ġwanni flimkien ma’ Omm Alla jidher jinterċedi għall-umanità quddiem Kristu Mħallef. Iżda wkoll, flimkien ma’ Marija Omm Alla, Ġwanni juri l-missjoni tal-Knisja li tħejji għall-aħħar miġja. Fl-ewwel miġja, fl-inkarnazzjoni, Marija kienet dik li nisslet l-Iben ta’ Alla u Ġwanni dak li wrieh bħala l-mibgħut. Bħala tħejjija għat-tieni miġja fil-Parusia, il-Knisja bħal Marija kontinwament tagħmel lil Kristu preżenti fid-dinja (il-Kelma, l-Ewkaristija....), filwaqt li bħal Ġwanni tħabbar l-aħbar it-tajba u tistieden għall-indiema. 5 7 Minħabba din ir-rabta ta’ Ġwanni l-Battista malmagħmudija, ħafna mill-battisteri fl-ibliet il-kbar, speċjalment fl-Italja, bdew jiġu ddedikati lilu. Forsi dawn huma l-ewwel postijiet tal-kult iddedikati lil Ġwanni l-Battista, anke qabel ġew iddedikati lilu l-knejjes. Wieħed minn dawn huwa l-battisteru maestuż li jinsab ġo Firenze mibni bejn is-sekli 11 u 12. Id-dekorazzjoni hija waħda mill-aktar sinjuri b’ikonografija elaborata u studjata. Minbarra x-xena tal-Ġudizzju Universali, insibu tliet reġistri li juru b’ mod parallel xbihat tal-istorja tal-Ġenesi, il-ġrajja ta’ Ġużeppi mibjugħ minn ħutu, il-ħajja u l-martirju ta’ Ġwanni Battista u l-misteri tal-ħajja, il-mewt u l-qawmien ta’ Kristu. Dawn il-misteri mhumiex sempliċiment narrattivi, imma teoloġiċi, jiġifieri juru l-għaqda mistika li hemm bejn il-ġrajjiet. Hekk per eżempju, il-martirju Fl-ikonografija Biżantina, l-aktar post prominenti ta’ Ġwanni l-Battista hija fl-ikonografija magħrufa bħala deisis (6). Ġeneralment, fil-knejjes Orjentali, din ixxbieha tkun tinsab fuq il-bieb tal-ikonostasi, jiġifieri forma ta’ xatba li tagħlaq il-parti tal-knisja fejn hemm