Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 21

19 175 sena fostna ĠWANNI L-BATTISTA FL-IKONOGRAFIJA KRISTJANA Dun roberto gauci Mingħajr ebda dubju ta’ xejn, wieħed mill-qaddisin l-aktar rappreżentati fl-arti u l-ikonografija antika tal- Knisja huwa San Ġwann l-Għammiedi. L-importanza talpreżenza ta’ dan il-qaddis hija marbuta prinċipalment mal-missjoni tiegħu bħala l-Prekursur tal-Mulej. L-aktar xbihat antiki ta’ Ġwanni l-Battista huma marbuta 1 2 mal-misteru tal-magħmudija tal-Mulej li huwa misteru rappreżentat ħafna fl-ikonografija antika. L-importanza ta’ dan il-misteru huwa r-rivelazzjoni tal-Messija bħala l-mibgħut u l-midluk biex iwettaq il-misteru tas-salvazzjoni. L-ewwel xbihat ta’ dan il-misteru huma marbuta mal-postijiet tad-dfin, il-katakombi u s-sarkofaġi, minħabba li l-magħmudija fi Kristu toffri viżjoni ta’ ħajja eterna li tmur lil hemm mill-mewt talġisem. Eżempji ta’ dawn huma l-affresk fil-katakombi ta’ San Kallistu ġewwa Ruma (1) u sarkofagu tal-irħam li jinsabu ġewwa Santa Maria Antiqua f’Ruma wkoll (2). Huma żewġ xbihat li jmorru lura sat-tielet seklu W.K. u allura fis-seklu li fih kienet qed tiżviluppa l-ikonografija Kristjana. Huma xeni essenzjali ħafna, ta’ xejra klassika, li iżda, fis-sempliċità tagħhom iwasslu l-essenza kollha tal-misteru. Interessanti li f’dawn ix-xbihat antiki, Kristu huwa rappreżentat bħala tfajjel ċkejken biex jenfasizza l-identità tiegħu ta’ Iben (ta’ Alla l-Missier), filwaqt li Ġwanni huwa rappreżentat liebes bħala qaddej jew skjav, bil-libsa adattata għax-xogħol iebes, li jurih bħala qaddej jew profeta tal-misteru ta’ Kristu. Karatteristika ta’ dawn ix-xeni hija naturalment il-ħamiema sinjal tal- Ispirtu s-Santu li jittajjar fuq Kristu. Wara l-libertà ta’ Kostantinu, meta l-Insara bdew jibnu l-ewwel monumenti pubbliċi, l-ikonografija talmagħmudija tal-Mulej, b’mod naturali, sabet postha fil-battisteri. Dawn kienu binjiet separati mill-knejjes li fihom kien ikun hemm il-vaska tal-magħmudija u kienu jintużaw biss għal dan is-sagrament. Eżempji mill-isbaħ ta’ dawn il-monumenti nsibuhom fil-belt ta’ Ravenna, fejn minħabba raġunijiet storiċi, dawn il-monumenti 3