Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 18

16 moħqrija lejn il-ħelsien sħiħ.” It-tama tagħna f’Alla hija dejjem l-aħħar imma rebbieħa. (3) Il-Mulej “qajjem għalina qawwa ta’ salvazzjoni”. In-Nisrani jinsab afdat bil-qawwa ta’ Alla u li ebda potenza qawwija ma tista’ tirbaħ. Hemm formula ta’ affidament fil-qawwa ta’ Alla u ta’ ibnu Ġesù. Fil- Vanġelu apokrifu ta’ Filippu wieħed jaqra hekk: “Jekk inti tgħid, jiena Għebrew ħadd ma jikkommovi ruħu; jekk inti tgħid jiena Ruman, ħadd ma jinfixel; jekk inti tgħid jiena Grieg, skjav, jew ħieles ħadd ma jinħasad. Imma jekk inti tgħid jiena Nisrani, id-dinja titriegħed. Nista’ forsi jien ikolli isem akbar minn dan!” (II,62, 27- 35). Is-salvazzjoni li hemm imsemmija fil-Benedictus, hija ħelsien “mill-għedewwa tagħna u minn idejn dawk kollha li jobgħoduna” (v 71). (4) “Waqqaf għalina qawwa ta’ salvazzjoni f’dar David qaddej tiegħu, b’fomm il-profeti qaddisin tiegħu” (v 69-70).Il-patt li sar ma’ David u l-familja tiegħu kien imbassar mill-Profeta Natan. (2 Sam, 7). Din il-profezija tifforma l-pedament tat-tama messjanika. Aħna nafu li ninsabu mdaħħlin fi pjan ta’ paċi u ferħ. Għad jasal jum meta “tħaddar f’jiemu l-ġustizzja u sliem kotran; ikun kotran il-qamħ fuq l-art, jogħla sal-quċċata tal-għoljiet” (Sl 72,7.16). Dan ix-xefaq ta’ għana u sliem jinawgurah il-Messija Kristu, iben David, il-ġebla mwarrba millbennejja imma li saret il-ġebla tax-xewka. (5) Il-Mulej “wera ħniena ma’ missirijietna” (v72). Hawn il-kelma miserikordja, qed tirreferi għall-kelma bil-Lhudi hesed, fedeltà, grazzja, imħabba. Dan ilvokabularju tal-patt, fit-Testment il-Qadim qiegħed użat għal 245 darba. Fil-Ħallel il-Kbir, tas-salm 136, dejjem hemm tirrepeti din il-kelma “għax għal dejjem hi t-tjieba tiegħu” (Sl 136). Alla tagħna huwa fidil għal kelmtu, tant li anke meta l-bniedem jitbiegħed minn ħdejH, dan Alla xorta waħda jibqa’ jiġri warajh sa kemm jirritorna ħdejh u miegħu. (6) “U jiftakar fil-patt qaddis tiegħu” (v 73). Bl-Ebrajk il-verb tiftakar – zakar – għandu eku dirett mal-isem Żakkarija. Ir-rivelazzjoni biblika u storika li saret matul il-mixja tas-snin tissawwar f’bosta atti storiċi li dawn għandhom iż-żerriegħa f’dak li hu divin u etern. Alla iva għadu “jiftakar” fina kull darba li jiġu ripetuti l-interventi tas-salvazzjoni. Hekk ikun ikompli jiġi restawrat il-patt li sar ma’ Abraham. Il-bniedem imbagħad għandu jwieġeb bliva tiegħu fil-liturġija, tifkira ta’ tifħir, radd il-ħajr u ferħ lil Alla. Il-Benedictus bil-lingwa Maltija li nsibu mal-ħajt faċċata tal-knisja tan-Natività ta’ Ġwanni l-Battista f’Ein Karem. (7) Alla jiftakar “fil-ħalfa li ħalef lil Abraham missierna.” Il-kelma “ħalfa” l-eku tagħha fl-isem ta’ ‘Eliżabetta” li tfisser “il-Mulej ħalef.” Hawn kollox ifakkar fil-figura ta’ Abraham “missierna fil-fidi.” Hekk jisħaq San Pawl (Rum 4). “Hawn jien. Ara l-patt tiegħi miegħek.” Int tkun missier ta’ ħafna ġnus” (Ġen 17,4). “Naħlef fuq ruħi – oraklu tal-Mulej – ladarba int għamilt ħaġa bħal din u ma ċħadtnix minn ibnek ilwaħdieni, jien imbierkek żgur u nkattarlek sewwa lil nislek bħall-kwiekeb tas-sema u bħar-ramel f’xatt il-baħar. U jitbierku f’nislek il-ġnus kollha tal-art talli smajt minn kelmti” (Ġen 22,16-18). Kristu l-Messija, iben Abraham ixandar is-salvazzjoni kemm lil dawk tal-qrib u lil dawk tal-bogħod.