Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 17

15 ĠIE JŻUR BIEX JIFDI Mons. lawrenz sciberras L-innu ta’ tifħir li għanna Żakkarija – il-Benedictus – hekk kif infetaħlu fommu wara disa’ xhur ta’ ħemda jixħet ħarsa doppja; waħda lejn l-imgħoddi u l-oħra lejn il-ġejjieni: “Ġie jżur” (Lq, 68) u “Jiġi jżurna” (Lq 1,78). Żakkarija huwa l-personaġġ tal-passat, salvifiku u dan għaliex “ifakkar fil-ġrajjiet tal-patt il-qadim” (Lq 1,72b). Għall-kuntrarju ibnu Ġwanni mħabbar minnu huwa l-personaġġ tal-preżent, futur miftuħ lejn il-ġejjieni. Ġwanni qed joffri l-grazzja u l-ħniena ta’ Alla. Imbagħad dak li għad iwettaq dan kollu huwa Ġesù, is-Salvatur per eċċellenza. Interessanti kif dawn it-tliet personaġġi flimkien huma l-protagonisti ta’ dan l-innu teoloġikament tant profond, il-Benedictus. Is-skiet ta’ Żakkarija Il-muta ta’ Żakkarija u li din damet disa’ xhur sħaħ, jiġifieri mit-tħabbira fit-tempju sat-twelid f’Għajn Karim kienet tfisser in-nuqqas ta’ twemmin tan-nies Lhud talqedem. Dak iż-żmien twil, miksur iva minn xi profezija huwa mqabbel ma’ dawk in-nies li jgħaddu l-iljieli twal tagħhom fit-tempju jistennew b’ħerqa qawwija s-sebħ. Fost il-poplu tal-Orjent kien u għad hemm stennija qawwija għas-sebħ. Dan huwa waqt fejn jibdew jidhru l-ewwel ħjut tad-dawl. Il-Profeta Isaija huwa ċar dwar din l-istennija: “Għassies, fiex inhu l-lejl? U l-għassies wieġeb: Għad jasal is-sebħ u l-lejl ukoll” (Is 21, 12). Issa din l-istennija ħerqana ċċartet mas-sebħ tas-salvazzjoni “bħax-xemx tielgħa” (Lq 1, 78). “Mhux li kont iċċarrat is-smewwiet u tinżel minn hemm” (Is 63, 19). Riferenzi lejn il-qedem Bi probabilità kbira, l-innu tal-Benedictus kien għanja liturġika ta’ żmien il-Lhud-Insara. Naturalment l-Evanġelista adattah fejn ħareġ fil-beraħ is-sentimenti ta’ Żakkarija u Ġwanni. Dan l-innu huwa magħmul minn tliet partijiet: Id-daħla fejn jissemma l-patt ta’ David (vv 68b-71), l-alleanza ma’ Abraham (vv 72,75) u l-persuna tal-Battista (vv 76-79). Dan l-innu huwa magħmul minn ċitazzjonijiet u riferenzi għat-Testment il-Qadim. Interessanti li wieħed jinnota kif l-istess bidu għandu bħala fundament tiegħu kliem is-Sultan David fl-okkażjoni ta’ meta ibnu Salamun tela’ fuq it-tron. “Imbierek il-Mulej, Alla ta’ Iżrael, li llum ta li wieħed min-nisli joqgħod fuq it-tron tiegħi u narah b’għajnejja” (1 Slat 1, 48). U dan l-istess ritornell “Ikun imbierek il-Mulej Alla ta’ Iżrael għaliex ġie jżur u jifdi ’l-poplu tiegħu,” kien jingħad ukoll fil-komunità ta’ Qumran. Dan l-innu ta’ Qumran bħall- Benedictus jitkellem minn salvazzjoni, alleanza u ħniena. Fil-Benedictus dawn is-suġġetti wkoll jitbandlu minn naħa għal oħra: “qawwa ta’ salvazzjoni” (Lq 1,69), profezija u ħelsien “bħalma wiegħed fl-imgħoddi” (1,70), wiegħda u fidwa “jeħlisna minn idejn l-għedewwa” (1,74), salvazzjoni kollha dawl leqqien, “li mill-għoli jiġi jżurna bħax-xemx tielgħa” (1,78). Din is-salvazzjoni li fi Kristu ssib il-milja kollha tagħha. L-istorja tal-wiegħda u tal-patt li nbdew f’Abraham u Mosè issa fi Kristu ssib l-għan aħħari tagħhom “u qajjem għalina qawwa ta’ salvazzjoni”. Iż-żjara ta’ Alla (1)Huwa ġie jżur ’il-poplu tiegħu” (v 68). L-għan teoloġiku ta’ din iż-żjara għandu l-eku tiegħu fiddaħla ta’ Alla fl-istorja tagħna, mela fit-twelid tal- Kelma fostna: Kelma teoloġikament ftit tqila hija “kondixxendenza.” Din hija żjara ġudizjarja biex biha wieħed jikkumbatti l-ħażin, kif ukoll żjara ta’ ħlewwa biex isalva lill-ġusti. Mela aħna m’aħniex abbandunati, weħidna, mitluqin għal riħna, bla ebda skop f’ħajjitna. Il-Mulej iżurna u jinteressa ruħu fina. “Hu li jagħti l-qawwa lill-għajjenin u jkattar il-qawwa lil min hu bla saħħa, jintelqu ż-żgħażagħ u jegħjew fl-aħjar tagħhom, jogħtru l-irġiel. Imma dawk li jittamaw fil-Mulej jieħdu saħħithom, itellgħu l-ġwienaħ bħallajkli, jiġru bla ma jegħjew, jimxu bla ma jintelqu” (Is 40,29-31). (2) “Hu li jifdi ’l-poplu tiegħu” (v 68). Din hija l-akbar ġrajja tal-Eżodu u li tirrepeti ruħha kull darba li l-Mulej joffri l-ħelsien lill-poplu tiegħu mill-iskjavitù. It-Talmud fit-trattat dwar il-grazzja tal-Għid – Pesahim – (10, 5) jissuġġerixxi din it-talba għal żmien il-Għid. “Alla ħelisna mill-jasar lejn il-ħelsien, mill-miżerja lejn ilġid, mill-biki lejn il-ferħ, mid-dlam lejn id-dawl, mill-