Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 15

13 qabżet ommu u qalet: “Le, iżda Ġwanni jkun jismu.” Il-ġirien ma qablux magħha u staqsew bis-sinjali lil missieru Żakkarija x’ried isemmih u talabhom xi ħaġa fuqhiex jikteb u kiteb hekk: “Ismu huwa Ġwanni.” U kulħadd baqa’ mistagħġeb.” (Lq 1: 59-64). ** Bl-istess mod, Luqa jirrakkonta l-ġrajja taċ-ċerimonja taċ-ċirkonċiżjoni ta’ Ġesù u l-għoti ritwali ta’ ismu: “Meta wasal it-tmien jum biex lit-tifel jagħmlulu ċ-ċirkonċiżjoni, semmewh Ġesù, bl-isem li kien tah l-anġlu qabel ma tnissel fil-ġuf.” (Lq 2: 21) 11. Luqa jsemmi għadd ta’ profeziji fuq Ġwanni. Meta l-Anġlu Gabrijel deher lil Żakkarija u qallu li t-talba tiegħu nstemgħet u li martu kien ser ikollha iben li jsemmuh Ġwanni. “Din tkun għalik ħaġa li tqanqlek bil-ferħ u thennik ħafna u jkun hemm bosta li jifirħu bit-twelid tat-tifel għax hu jkun kbir quddiem il-Mulej; ma jkun jixrob ebda nbid jew xorb qawwi u jimtela bi spirtu qaddis sa minn ġuf ommu. Huwa jreġġa’ lil ħafna minn ulied Iżrael lejn il-Mulej Alla tagħhom u hu ġej qabel il-Mulej, mimli bl-ispirtu u l-qawwa ta’ Elija, biex ireġġa’ l-qlub tal-missirijiet lejn uliedhom u lil dawk li ma jridux jobdu jreġġagħhom għall-għaqal tal-ġusti, ħalli jlesti poplu mħejji sewwa għall-Mulej.” (Lq 1:14-17). Anke Żakkarija, missier Ġwanni, mimli bl-Ispirtu s-Santu, jħabbar hekk dwar ibnu: “U inti tfajjel, tissejjaħ profeta tal-aktar Għoli, għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu u tgħarraf lillpoplu tiegħu bis-salvazzjoni permezz tal-maħfra ta’ dnubiethom, mogħtija mill-qalb ħanina ta’ Alla tagħna, li mill-għoli jiġi jżurna bħax-xemx tielgħa; u jdawwal lil min jinsab fid-dlamijiet u d-dell tal-mewt u jmexxi l-passi tagħna fit-triq tas-sliem.” (Lq 1:76-79). ** Anke fil-każ ta’ Ġesù, Luqa jirreġistra diversi profeziji: Lil Marija, l-Anġlu Gabrijel jħabbrilha: “Hu jkun kbir u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru u jsaltan għal dejjem fuq dar Ġakobb u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu.” (Lq 1:32-33). Wara li Marija staqsiet lill-Anġlu Gabrijel kif kien ser iseħħ dan, huwa jħabbrilha: “L-Ispirtu s-Santu jiġi fuqek u l-qawwa tal-Għoli tixħet iddell tagħha fuqek. U għalhekk, dak li jitwieled minnek ikun qaddis u jissejjaħ Bin Alla.” (Lq 1:35). Lir-rgħajja, l-anġlu tal-Mulej iħabbrilhom: “Illum, filbelt ta’ David, tweldilkom Salvatur, li hu l-Messija, il- Mulej.”(Lq 2:11). Il-Profeta Xmun fil-preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-tempju, iħabbar: “Issa, O Sid, tista’ tħalli l-qaddej tiegħek imur fis-sliem skont kelmtek, għaliex għajnejja raw is-salvazzjoni tiegħek li int ħejjejt għall-popli kollha, dawl biex idawwal ilġnus, u glorja tal-poplu tiegħek Iżrael.” (Lq 2: 30-32) 12. Meta Luqa jitkellem dwar il-progress ta’ Ġwanni mit-tfulija għall-maturità, f’sentenza waħda jiġbor kollox: “It-tifel kiber u ssaħħaħ f’ruħu u baqa’ jgħix fid-deżert sa dakinhar li ħareġ quddiem Iżrael.” ** (Lq 1:80). Hekk ukoll, Luqa ġabar filqosor f’sentenza l-progress ta’ Ġesù mit-tfulija għall-maturità fit-tmiem ir-rakkont tal-infanzja ta’ Ġesù. Wara r-rakkont tal-preżentazzjoni ta’ Ġesù fit-tempju, Luqa jagħlaq b’din is-sentenza: “Meta temmew kull ma kellhom jagħmlu skont il-liġi tal-