12
istess mod, fit-tħabbira tal-Anġlu Gabrijel lil Marija
naqraw: “Hi tħawdet ħafna għal dan il-kliem (Lq
1:29) u staqsiet: “Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx
raġel?” (Lq 1:34)
4. L-Anġlu Gabrijel iħabbar lil Żakkarija t-twelid ta’
ibnu li kellu jsemmih Ġwanni: “Tibżax Żakkarija,
għax it-talba tiegħek instegħmet: martek Eliżabetta
se tagħtik iben u int issemmih Ġwanni.” (Lq 1:13).
** Hekk ukoll l-anġlu jħabbar lil Marija t-twelid ta’
iben li kellha ssemmih Ġesù: “Ara, inti ser tnissel
fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù.” (Lq 1:31)
5. Lil Żakkarija, l-Anġlu Gabrijel iħabbarlu li ibnu
Ġwanni, qabel twelidu, ser ikun mimli fl-Ispirtu
s-Santu: “Għax hu jkun kbir quddiem il-Mulej; ma
jkun jixrob ebda nbid jew xorb qawwi, u jimtela
bi spirtu qaddis sa minn ġuf ommu.” (Lq 1:15). **
Bl-istess mod, Gabrijel jgħid lil Marija: “L-Ispirtu
s-Santu jiġi fuqek u l-qawwa tal-Għoli tixħet id-dell
tagħha fuqek u għalhekk dak li jitwieled minnek
ikun qaddis u jissejjaħ bin Alla.” (Lq 1:35)
6. Il-missjoni ta’ Ġwanni hija deskritta mill-istess
Anġlu Gabrijel; lil Żakkarija jħabbarlu hekk dwar
ibnu: “Huwa jreġġa’ lil ħafna minn ulied Iżrael lejn
il-Mulej Alla tagħhom u hu ġej qabel il-Mulej,
mimli bl-ispirtu u l-qawwa ta’ Elija, biex ireġġa’
l-qlub tal-missirijiet lejn uliedhom u lil dawk li ma
jridux jobdu jreġġagħhom għall-għaqal tal-ġusti,
ħalli jlesti poplu mħejji sewwa għall-Mulej.” Lq 1:
16-17. ** Hekk ukoll, fit-tħabbira tal-Anġlu Gabrijel
lil Marija, huwa jgħidilha dan dwar binha Ġesù:
“Hu jkun kbir u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej
Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru u jsaltan għal
dejjem fuq dar Ġakobb u ma jkunx hemm tmiem
għas-saltna tiegħu.” Lq 1: 32-33)
7. Eliżabetta tirrikonoxxi dak li l-Mulej għamel
magħha u tistqarr: “Hekk għamel miegħi l-Mulej, li
għoġbu jneħħili minn fuqi l-għajb li kelli quddiem
in-nies.” (Lq 1:25). ** Marija, wkoll, tirrikonoxxi
s-sehem tagħha bħala qaddejja fil-pjan ta’ Alla:
“Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej, ħa jsir minni skont
kelmtek.” (Lq 1:38)
8. Żakkarija, fit-twelid ta’ ibnu Ġwanni, jipproklama
l-innu Benedictus, jimtela bl-Ispirtu s-Santu u
beda jħabbar hekk: “Imbierek il-Mulej Alla ta’
Iżrael, għaliex ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu…”
(Lq 1: 68-79). ** Hekk ukoll Marija, omm Ġesù,
wara li semgħet il-kliem ta’ tifħir minn Eliżabetta,
tipproklama l-innu hekk imsejjaħ il-Magnificat:
“Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej u l-ispirtu tiegħi
jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi…”(Lq 1: 46-55)
9. L-Evanġelista Luqa jirrakkonta l-ġrajja proprja tattwelid
ta’ Ġwanni: “Eliżabetta għalqilha ż-żmien
biex teħles u kellha tifel. Il-ġirien u qrabatha
semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha, u
marru jifirħu magħha.” (Lq 1: 57-58). ** Hekk ukoll
jagħmel Luqa meta jirrakkonta l-ġrajja proprja tattwelid
ta’ Ġesù: “Ġara li, meta kienu hemm, Marija
għalqilha ż-żmien biex teħles, u wildet l-ewwel
iben tagħha, fisqietu u medditu f’maxtura għax ma
kienx hemm post għalihom fil-lukanda.” (Lq 2:6-7)
10. Luqa jirrakkonta ċ-ċerimonja taċ-ċirkonċiżjoni ta’
Ġwanni u l-għoti tal-isem tiegħu: “Meta mbagħad
fit-tmien jum ġew biex jagħmlu ċ-ċirkonċiżjoni littifel
riedu jsemmuh Żakkarija għal missieru imma