Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 13

11 IT-TWELID TA’ ĠWANNI L-BATTISTA U DAK TA’ SIDNA ĠESÙ KRISTU: XEBH MILL-QRIB FIR-RAKKONTI TAGĦHOM! (Minn bennie Mercieca – MeMbru tas-soċJetà M.u.s.e.u.M.) L-Evanġelista San Luqa huwa l-uniku wieħed li fl- Evanġelju tiegħu jirrakkonta kemm it-twelid ta’ Ġwanni l-Battista kif ukoll dak ta’ Sidna Ġesù Kristu. Dan jagħmlu b’żewġ prinċipji letterarji: l-ewwel: hu jirrakkonta t-twelid ta’ Ġwanni b’xebh dirett u dettaljat mat-twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu; it-tieni: huwa jikteb ir-rakkont tat-twelid ta’ Ġwanni u ta’ Kristu bi sfond tat-tradizzjoni tat-twelidijiet irrakkontati mill-profeti fit-Testment il-Qadim u tal-bijografiji klassiċi ta’ figuri/ bnedmin eroj. Kif hu magħruf, San Luqa huwa meqjus bħala awtur espert u kompetenti fit-Testment il-Ġdid. Huwa jikteb ukoll kif jixhdu l-prologi tal-Evanġelju u l-Atti tal- Appostli miktuba minnu, fit-tradizzjoni tal-kittieba klassiċi tal-Istorja, bi Grieg mill-aktar eleganti. ta’ xhieda li “sa mill-bidu rawhom b’għajnejhom stess u saru ministri tal-Kelma.” (Lq. 1:1-3) Għalkemm ma nafux eżattament dwar is-sorsi minn fejn ġabhom San Luqa għar-rakkonti tat-twelid ta’ Ġwanni u ta’ Ġesù, bosta studjużi jirreferu bħala probabbli għal Marija, l-appostli u d-dixxipli ta’ Kristu u dawk ta’ Ġwanni l-Battista. Ta’ min jinnota wkoll, li l-Evanġelista Luqa jiddedika aktar attenzjoni lejn Ġwanni l-Battista f’dan ir-rakkont tal-infanzja tiegħu milli jagħmel fil-kumplament tal-Evanġelju tiegħu. Fil-fatt, Luqa jiddedika l-aktar attenzjoni lejn Ġwanni fl-istess taqsima fejn hu jagħti r-rakkont tiegħu dwar it-twelid ta’ Sidna Ġesù Kristu! Elementi li jixxiebhu fit-twelid ta’ Ġwanni u ta’ Ġesù: Meta naqraw l-ewwel żewġ kapitli tal-Evanġelju ta’ Luqa ninnotaw il-kura wiesgħa ħafna li hu ħa biex isawwar u jiġbed paralleli u xebh mill-qrib fir-rakkonti tiegħu tat-twelid ta’ Ġwanni u ta’ Ġesù. In-narrattiva kollha ta’ dawn iż-żewġ twelidijiet ġiet strutturata b’simetrija fiż-żewġ rakkonti b’mod li jidhru jixxiebhu sew! Nistudjaw mela dan ix-xebh mill-qrib fir-rakkonti tat-twelid ta’ Ġwanni u ta’ Ġesù: 1. Luqa, bħala storiku, jiftaħ ir-rakkont tat-twelid ta’ Ġwanni billi jsemmi ż-żmien tal-ġrajja tat-twelid tiegħu: “Fi żmien Erodi, Sultan tal-Lhudija.” (Lq 1:5). ** L-istess Luqa, il-kapitlu tat-twelid ta’ Ġesù, jibdieh billi jsemmi ż-żmien: “F’dik il-ħabta Ċesari Awgustu ħareġ digriet biex isir ċensiment fid-dinja kollha.” (Lq 2: 1-2) Meta wieħed jaqra b’attenzjoni l-ewwel żewġ kapitli tal-Evanġelju ta’ San Luqa (bejn wieħed u ieħor 132 vers) malajr jintebaħ b’fatt tal-għaġeb fuq il-metodu letterarju tiegħu. Luqa jgħidilna fil-prologu tal- Evanġelju tiegħu li huwa ser jikteb ‘bl-ordni f’rakkont wieħed il-ġrajja li seħħet fostna, “wara li bir-reqqa kollha qgħadt infittex it-tagħrif dwar kull ma ġara sa mill-bidu nett, deherli li għandi niktiblek (lil Teofilu) kollox ħaġa b’ħaġa, biex tagħraf sewwa l-verità sħiħa dwar kull ma tgħallimt.” (Lq 1:1-4) Għalhekk, rakkont blordni mibni fuq it-tradizzjonijiet orali li waslu permezz 2. Luqa jsemmi r-razza ta’ Żakkarija u ta’ Eliżabbetta, il-ġenituri ta’ Ġwanni: “Kien hemm qassis jismu Żakkarija, mit-taqsima ta’ Abija u martu li kien jisimha Eliżabetta, kienet minn ulied Aron.” (Lq 1:5) ** L-istess Luqa jagħti r-razza ta’ Ġużeppi: “Ġużeppi, wkoll mar mill-Galilija, mill-belt ta’ Nażaret u tala’ l-Lhudija, fil-belt ta’ David jisimha Betlehem għax hu kien mid-dar u l-familja ta’ David.” (Lq 2:4) 3. Luqa jinnota li Eliżabetta kienet imdaħħla fiżżmien u ma setax ikollha tfal. (Lq 1:7) Meta l-Anġlu Gabrijel jidher lil Żakkarija, dan kollu biża’, jistaqsi lill-anġlu: “Kif inkun żgur minn dan? Għax jiena raġel xiħ u marti mdaħħla fiż-żmien.” (Lq 1:18). ** Bl-