10
Serapju fis-seklu 4, l-awtur jgħid li waqt il-qerda talinnoċenti
Żakkarija għamel lil ibnu Ġwanni saċerdot
u wara dan, ommu Eliżabetta ħarbet bih fid-deżert
fuq ordni ta` missieru Żakkarija. L-awtur jimmaġina
lil Eliżabetta tistaqsi lilha nnifisha: “Għand min qed
tibgħatni fid-deżert? Ma hemm l-ebda monasteru fiddeżert,
jew xi komunità ta` rħieb li ngħid: “Nista mmur
għandhom u nieħu miegħi lil ibni!””
Ovvjament hawn qegħdin nitkellmu dwar kitba
apokrifa. Kemm dan għandu valur storiku, hija
kwistjoni dibattibli. Din il-“Ħajja” li kiteb Serapju timla
l-vojt li jħallu l-Vanġeli kanoniċi. Fil-Vanġelu ta` Luka lil
Ġwanni kif rajna fil-vers 80 tal-ewwel kapitlu, jgħidilna
biss li t-tifel kiber u tqawwa fir-ruħ tiegħu u kien jgħix
fid-deżert. Luqa jħallina b`daqshekk għax imbgħad
ikompli bit-twelid, iċ-ċirkonċiżjoni, il-preżentazzjoni
u r-rakkont ta` Ġesù ta` tnax-il sena. Luqa mbgħad
jerġa jpoġġilna quddiemna lill-Battista fil-kapitlu tlieta.
L-Evanġelista Luqa mhux biss huwa teologu gwapp
imma wkoll storiku preċiż. Jgħidilna x`kienet is-sena u
f`idejn min kienet is-setgħa temporali u dik reliġjuża.
“Il-Kelma tal-Mulej ġiet fuq Ġwanni, bin Żakkarija,
fid-deżert” (Lq. 3: 2b). Mela lil Ġwanni ħallejnieh tifel
fid-deżert, issa nsibuh żgħażugħ ta` madwar tletin
sena fid-deżert, preparat biex jibda l-missjoni tiegħu
ta` prekursur. Matul dawn it-tletin sena, x`kien qed
jagħmel Ġwanni fid-deżert? Minn hawn nibtet din
it-teorija li qed nistudjaw flimkien. Irridu nżommu
quddiem għajnejna li fl-Iskrittura Mqaddsa, id-deżert
mhuwiex biss il-post ġeografiku imma wkoll il-post fejn
il-bniedem isib lil Alla. Huwa l-post fejn il-bniedem ibati
l-ġuħ, l-għatx, is-sħana u n-nixfa ta` filgħodu u l-kesħa
u s-sirda ta` filgħaxija. Iżda huwa l-post fejn filwaqt li
l-ġisem tal-bniedem ibati, iżda r-ruħ issib lil Alla.
L-istoriku Ġużeppi Flavju jikteb dwar l-Esseni u
jikkonferma l-eżistenza tagħhom. Filwaqt li jagħti
deskrizzjoni dettaljata u storika ta` Ġwanni, ma jagħti
l-ebda ħjiel li Ġwanni kien Essen. Skont Hermann
Lichtenberger, Ġużeppi Flavju ried jiproġetta lil Ġwanni
bħala Essen. Din it-teorija kif aċċennajt fil-bidu hija
relattivament riċenti. Meta niżen kollox, jiena nemmen
li Ġwanni l-Battista tassew għamel xi żmien mal-Esseni.
Il-Professur James Hamilton Charlesworth (1940- )
jasserta li: “Convinced that the similarities between John
the Baptizer and the Qumranites are too impressive to be
dismissed as merely an example of a shared milieu.” Meta
wieħed jevalwa kollox, fost is-similiritajiet li jeżistu,
dawn huma l-aktar interessanti. 1) Kemm Ġwanni w
anke l-Esseni joriġinaw mill-istess lokazzjoni ġeografika,
2) It-tnejn għandhom il-kariżma tal-profezija, 3) It-tnejn
huma eskatoloġiċi fil-ħsieb tagħhom, 4) It-tnejn jużaw
il-ħasil bl-ilma għall-indiema, 5) It-tnejn li huma jgħixu
ħajja axxetika u ċelibi u 6) It-tnejn jaraw fid-deżert ilpost
fejn jiċħdu l-ħajja komda tal-belt biex fl-awsterità
jsibu lil Alla. Jista jagħti l-każ li Ġwanni verament
għamel xi żmien mal-Esseni, imbgħad jew ħalla minn
jeddu din il-komunità jew addirittura tkeċċa. Li Ġwanni
beda l-predikazzjoni tiegħu ta` tletin sena hija wkoll
indikattiva. L-Esseni kienu jsiru fully fledged members
tal-komunità Essena ta` madwar tletin sena.
Anke d-dettal li jagħtina l-Vanġelu dwar l-ilbies tal-
Battista u x`kien jiekol huma verament interessanti.
“Ġwanni kien jilbes libsa tax-xagħar tal-ġemel, bi
ħżiem tal-ġild madwar qaddu, u kien jiekol ġradijiet u
għasel selvaġġ” (Mk.1:6). Jekk Ġwanni kien mal-Esseni
u mbgħad ħalla l-komunità żgur li ma kienx jitħalla
jkompli jilbes l-abitu tal-Esseni. Mingħajr familja u
waħdu fid-deżert, Ġwanni kelli jaħseb għall-ilbies
ġdid tiegħu kif wkoll l-ikel li bih kellu jsostni ruħu!
Ġwanni ma jirritornax lejn Ġerusalemm imma jmur
fid-deżert. Il-Vanġelu ta` Luqa jgħidilna biss li Ġwann
kien minn “belt ta` Ġuda,” tradizzjonalment Ein Karem,
ftit `il bogħod minn Ġerusalemm. Ovvjmament
ma setax ikollu sehem fil-ħajja reliġjuża tat-tempju
għax kien jistmell u jikkundanna l-aġir tas-saċerdoti
f` Ġerusalemm, teoretikament mhux aktar membru
tal-Esseni għax telaq minn jeddu jew safà mkeċċi, dik
“Il-Kelma tal-Mulej” li ġiet fuqu mexxietu “fl-inħawi
kollha tal-Ġurdan ixandar il-magħmudija tal-indiema
għall-maħfra tad-dnubiet” (Lq. 3:3) kif ħabbar dwaru
sekli qabel il-Profeta Isaija, “Leħen ta` wieħed jgħajjat
fid-deżert: Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet
tiegħu. Kull wied jimtela, kull muntanja u għolja
titbaxxa, il-mogħdijiet mgħawwġa jiddrittaw, u
t-triqat imħarbta jitwittew. U l-bnedmin kollha jaraw
is-salvazzjoni ta` Alla” (Lq. 3:4-6).
Jekk Ġwanni l-Battista kienx Essen jew le mhix
fundamentali. Hi x`inhi l-verità, dan iħeġġiġna biex
nidħlu aktar fil-profondità dwar San Ġwann il-Battista.
Ejjew nitħeġġu biex insiru nafuh aħjar. L-imħabba
tagħna lejh trid tkun immotivata minn kemm inħabirku
biex insiru nafuh aktar aħjar.
Biblijografija
Feather Robert, The Secret Initiation of Jesus at Qumran
and the Essene Mysteries of John the Baptist, Rochester
VT USA, 2005.
Marcus Joel, John the Baptist in History and Theology,
South Carolina USA, 2019.
Mifsud Dennis, His Name is John, Malta, 2017.
Smith Andrew Philip, John the Baptist and the last
Gnostics, London UK, 2016.