9
il-qorq tiegħu. Hu jgħammidkom bl-Ispirtu s-Santu u
n-nar. Il-midra qiegħda f`idu, biex iderri l-qiegħa tiegħu
u jiġbor il-qamħ fil-maħżen, imma t-tiben jaħarqu b`nar
li ma jintefiex” (Mt.3:7-12). Għal Ġwanni, il-magħmudija
li kien qed jiprattika fil-Ġurdan ma kinetx sempliċiment
formola esterjuri ta` purifikazzjoni mill-ħmieġ tal-ġisem
(bħallma kienu jiprattikaw il-Lhud) imma ried iwassal
biha l-indiema sinċiera mid-dnubiet u sinjal ta` patt ma
Alla (simili għal kif kienu jwettqu l-Esseni), u l-istennija
tal-“Ħaruf ta` Alla li jneħħi d-dnub tad-dinja” (Ġw. 1:29).
Għal Ġwanni, li tkun Lhudi ma kienx biżżejjed. Il-Fariżej
u s-Sadduċċej kienu jaħsbu li għax huma ċirkonċiżi u
għax iwettqu dawn ir-ritwali esterjuri kien biżżejjeb
biex ikunu ġustifikati quddiem Alla. Ġwanni ried
jurihom li huwa l-frott xieraq tal-indiema, l-opri tajba, ilġustizzja
soċjali (ara Luqa 3: 10-14) u li wieħed jaċċetta
lill-“Ħaruf ta` Alla li jneħħi d-dnub tad-dinja” li lillbniedem
jagħmlu mogħġub quddiem Alla. Ma jidhirx
li Ġwanni kien jgħammed lil dawk li mhumiex Lhud.
Anke l-Esseni kienu esklussivi, ma kinux jaċċettaw
“barranin.” Ovvjament il-Lhud kienu jabborru lil kull
min ma jappartjenix għall-Poplu ta` Alla.
Interessanti l-fatt li l-forma ta` magħmudija li kien
jipprattika Ġwanni fix-xmara Ġurdan hija estranja għarriti
ta` purifikazzjoni li naqraw dwarhom kemm fl-Antik
Testment u anke fil-letteratura rabbinika. Minn naħa
l-oħra hemm bosta elementi komuni bejn dak li kien
jipprattika Ġwanni fil-Ġurdan u dak li kienu jgħamlu
l-Esseni. Għall-Esseni, il-ħasil tal-ġisem bl-ilma ried
iwassal għall-indiema sinċiera. Il-Professur Fr Leonard
Badia minn St. Johns University ta` New York, li għamel
studju dwar San Ġwann il-Battista kkonkluda li “kemm
il-magħmudija ta` Ġwanni u l-magħmudija tal-Esseni
jidhru li t-tnejn kellhom il-viżjoni ta` ndiema.” Tibqa`
l-mistoqsija ċentrali. Ġwanni kien Essen? Ovvjament
il-fonti prinċipali u l-iktar qodma biex niġbru “Ħajja”
ta` San Ġwann il-Battista huma tlieta. (1) Il-Vanġeli
Kanoniċi, (2) Il-kitbiet tal-istoriku Lhudi Ġużeppi Flavju
u (3) l-vanġeli apokrafi. Irridu nżommu quddiem
għajnejna li Ġwanni l-Battista kien ġej minn familja
saċerdotali. Missieru Żakkarija kien saċerdot u ommu
Eliżabetta kienet mill-familja saċerdotali ta` Aron.
L-Esseni wkoll kienu saċerdoti. Id-differenza kienet li
huma (l-Esseni) inqatgħu mis-saċerdozju tat-tempju
u marru jabitaw fid-deżert f`ħajja axxetika, ta` talb u
studju. L-Esseni għamlu dan għax fil-fehma tagħhom,
is-saċerdozju tat-tempju kien ikkorrompa ruħu u
tbiegħed mis-sewwa! Difatti, l-Esseni kienu jqisu
ruħhom bħala “Ulied id-dawl” waqt li l-bqija tal-poplu
Lhudi (inklużi s-saċerdoti tat-tempju) kienu “Ulied iddlam.”
Anke dawk l-Esseni li kienu jħallu l-komunità
kienu jitqiesu bħala “Ulied id-dlam.”
Jista jkun li Żakkarija u Eliżabetta afdaw it-tfajjel
Ġwanni lill-komunità tal-Esseni? Diffiċli wieħed jasal
għall-konklużjoni ċerta u finali. Filwaqt li l-Vanġelu
ta` Luqa ma jagħtina l-ebda dettalji dwar it-tfulija tal-
Battista, il-kwotazzjonijiet li bdejt bihom iqajjmu ċerta
mistoqsijiet. Kif jista` jkun li tifel jgħix waħdu fid-deżert?
Kulħadd jaf liema perikli jeżistu fid-deżert u kemm
huwa diffiċli għall-bniedem li jgħix f`dan l-ambjent
daqstant awster. Jekk naqbdu f`idejna l-kitba apokrifa
l-“Ħajja ta` San Ġwann il-Battista” miktuba minn San