8
saċerdoti. L-Esseni kienu jipreferu li jdaħħlu magħhom
“novizzi” ġejjin minn familji saċerdotali. Kemm Ġwanni
w anke l-Esseni kienu xi ftit kontra l-establishment
f`Ġerusalemm. Niftakru x`qalilhom u kif indirizzahom
Ġwanni lill-uffiċjali tat-tempju: “Kif ra bosta mill-Fariżej
u mis-Sadduċej ġejjin għall-magħmudija tiegħu,
qalilhom: “Ja nisel il-lifgħat, min uriekom kif għandkom
taħarbu mill-korla li ġejja?” (Mt. 3:7). Kemm Ġwanni w
anke l-Esseni kienu ċelibi. Fl-aħħarnett, kemm Ġwanni
w anke l-Esseni kellhom ritwali ta` purifikazzjoni bl-ilma
w anke d-don tal-profezija. Interessanti l-fatt li waħda
mir-regoli tal-Esseni kienet tgħid: “mur fid-deżert
u ħejji t-triq għall-Mulej.” Ovvjament din tfakkarna
fit-tħabbira ta` Isaija l-Profeta li ssib il-milja tagħha
fil-persuna tal-Battista: “Leħen ta` wieħed jgħajjat fiddeżert:
Ħejju t-triq tal-Mulej, iddrittaw il-mogħdijiet
tiegħu.” (Mk.1:3).
Li l-komunità Essena ta` Qumran kienet tiprattika
ritwali ta` purifikazzjoni huwa fatt ikkonfermat millarkeoloġija.
Kienu bosta r-ritual baths li nstabu li
jikkonfermaw dan il-fatt (ara r-ritratt). Fil-kultura Lhudija
kienet ħaġa komuni li fil-ħajja ordinarja ta` kuljum,
il-Lhud kienu obbligati jiprattikaw diversi forom ta`
ħasil. Dan ir-ritwaliżmu mbgħad ġie rifless fl-Iskrittura
Mqaddsa b`lingwaġġ metaforiku ta` purifikazzjoni tarruħ
mid-dnub u qrubija lejn Alla. Dawn li ġejjin huma
biss tliet eżempji Skritturistiċi. “Ikollok ħniena minni,
o Alla, fi tjubitek; fil-kobor tal-ħniena tiegħek ħassar
ħtijieti. Aħsilni kollni mill-ħtija tiegħi; naddafni
mid-dnub tiegħi. Għax jien nagħrafhom ħtijieti; iddnub
tiegħi dejjem quddiemi. Kontrik biss jiena dnibt,
u dak li hu ħażin f`għajnejk għamilt. Hekk jingħaraf
is-sewwa tal-kelma tiegħek, u bla tebgħa jidher ilħaqq
tiegħek. Ara, jiena ssawwart fil-ħtija, u fid-dnub
nisslitni ommi. Int li tħobb il-qalb sinċiera, għallimni
l-għerf fil-fond ta` qalbi. roxxni bl-ilma, u nissaffa;
aħsilni, u aktar mis-silġ nibjad. Agħmel li nisma`
l-ferħ u l-hena, biex għadmi li int sħaqt, jithenna.
Dawwar wiċċek minn ħtijieti; ħassar ħżuniti kollha.
Oħloq fija qalb safja, o Alla, u spirtu qawwi ġedded
fija. La twarrabnix minn quddiemek; tneħħix minni
l-ispirtu qaddis tiegħek. Roddli l-hena tas-salvazzjoni
tiegħek, u bi spirtu qalbieni wettaqni” (Salm 51). Fil-
Ktieb tal-Profeta Isaija naqraw: “inħaslu u tnaddfu,
neħħu l-ħażen ta` għemilkom minn quddiem għajnejja,
u ieqfu mill-ħażen” (Is. 1:16) u fl-aħħarnett, fil-Ktieb tal-
Profeta Eżekjel naqraw: “inroxx fuqkom ilma safi, u
tissaffew mit-tinġis kollu tagħkom; mill-idoli kollha
tagħkom insaffikom” (Eżek. 36:25).
Mela l-ħasil korporali mhux biss kien parti integrali
mill-ħajja ta` kuljum tal-Lhud, imma maż-żmien kiseb
ukoll l-aspett spiritwali. L-istoriku Ġużeppi Flavju
wkoll fil-kitbiet tiegħu jsemmi dawn it-tradizzjonijiet
Lhud li jirrigwardjaw il-ħasil korporali. Ġesù Kristu
kien Lhudi. Ma nimmaġinax li Kristu kien kontra dawn
it-tradizzjonijiet però dan il-pass Evanġeliku li ġej
idawwalna aħjar dwar x`kienu l-prijoritajiet ta` Ġesù. “Il-
Fariżej u xi wħud mill-kittieba li ġew minn Ġerusalemm
inġabru ħdejh, u raw li xi wħud mid-dixxipli tiegħu
kienu qegħdin jieklu b`idejhom m`humiex indaf,
jiġifieri mhumiex maħsulin. Għax il-Fariżej u l-Lhud
kollha, biex iħarsu t-tradizzjoni ta` missirijiethom, ma
jmissux ikel qabel ma jkunu ħaslu idejhom sewwa;
hekk ukoll wara li jerġgħu lura mis-suq, ma jiklux jekk
ma jinħaslux; u għandhom bosta drawwiet oħra li
baqgħu marbutin magħhom minn żmien għal ieħor,
bħalma huma l-ħasil tat-tazzi u tal-buqari u tal-ktieli
tal-bronż. Mela, il-Fariżej u l-kittieba staqsewh: “Dan
l-għala d-dixxipli tiegħek ma jġibux ruħhom skond ittradizzjoni
ta` missirijiethom, imma jieklu b`idejhom
m`humiex indaf?” Iżda hu weġibhom: “Sewwa ħabbar
Isaija fuqkom, ja nies ta` wiċċ b’ieħor, bħalma hu miktub,
‘Dan il-poplu bix-xufftejn biss jagħtini ġieħ, imma
qalbhom hija ‘l bogħod minni. Fiergħa hi l-qima li
jagħtuni; jgħallmu duttrina li m’hijiex għajr preċetti
tal-bnedmin.’ Hekk intom, twarrbu l-kmandamenti
ta` Alla biex tħaddnu t-tradizzjoni tal-bnedmin.” U
qalilhom: “Ħelu ħelu ġġibu fix-xejn il-kmandamenti
ta` Alla biex tħarsu t-tradizzjoni tagħkom” (Mk. 7:1-9).
Mela, għal Kristu l-prattiċi esterni ta` pjetà u ritwaliżmu
purifikatorju jkollu sens biss jekk isir b` intenzjoni tajba
u biex il-persuna tassew titqarreb lejn Alla. Jekk ma
jsirx hekk, ikun biss formaliżmu esterjuri li ma jagħmel
ebda sens. Inutli li wieħed jaħsel idejh imma qalbu hija
bogħod minn Alla. Fil-Vanġelu, lil Kristu nsibuh dejjem
ħanin mal-midneb però lejn il-Fariżej u s-Sadduċej
insibuh ikellimhom b`mod tassew aħrax u li jikxef
l-ipokrezija tagħhom! Lil San Ġwann l-Battista nilmħuh
bl-istess kliem sever u ta` twissija. “Ġwanni kif ra bosta
mill-Fariżej u mis-Sadduċej ġejjin għall-magħmudija
tiegħu, qalilhom: “Ja nisel il-lifgħat, min uriekom kif
għandkom taħarbu mill-korla li ġejja? Agħmlu mela
frott xieraq tal-indiema. U taħsbux li tistgħu tgħidu
fikom infuskom, “Għandna b`missier lil Abraham,”
għax ngħidilkom li Alla, minn dan l-istess ġebel, jista`
jqajjem ulied lil Abraham. Il-mannara ġa tressqet ma`
għerq is-siġra; u għalhekk, kull siġra li ma tagħmilx frott
tajjeb titqaċċat u tinxteħet fin-nar. Jien ngħid għalija,
ngħammidkom bl-ilma għall-indiema; imma min ġej
warajja hu aqwa minni, u jien ma jistħoqqlix inġorr