Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 9

7 San Ġwann il-Battista kien Essen? suDDJaknu Dennis MifsuD “It-tifel kiber u ssaħħaħ f`ruħu, u baqa` jgħix fid-deżert sa dakinhar li ħareġ quddiem Iżrael.” (Lq. 1:80) “Fis-sena ħmistax tal-ħakma ta` Tiberju Ċesari, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-Lhudija, Erodi tetrarka tal-Galilija, ħuh Filippu tetrarka tal-artijiet tal-Iturija u t-Trakonija, u Lisanja tetrarka ta` Abileni, fiż-żmien meta l-uffiċċju ta` qassis il-kbir kien f`idejn Anna u Kajfa, il-kelma tal-Mulej ġiet fuq Ġwanni bin Żakkarija, fid-deżert.” (Lq. 3:1-2) Dawn iż-żewġ kwotazzjonijiet meħudin mill-Vanġelu skont Luqa fis-seklu dsatax, qajmu t-teorija li San Ġwann il-Battista seta` kien membru tal-komunità tal- Esseni. Qabelxejn, min kienu l-Esseni? L-Esseni kienu komunità monastika Lhudija msemmija minn kittieba tal- ewwel seklu bħal Ġużeppi Flavju, Filo ta’ Lixandra, u Plinju x- Xiħ. Ħadd ma jaf eżatt minn fejn oriġinaw l- Esseni, imma huwa maħsub li dawn tfaċċaw matul il- perjodu ta` taqlib li ġie wara l- irvell tal- Makkabin fittieni seklu Q.K.. L-istoriku Ġużeppi Flavju kiteb dwar l- eżistenza tagħhom matul dan il- perjodu billi spjega fiddettall id- differenza bejn il- ħarsa reliġjuża tagħhom u dik tal- Fariżej u s- Sadduċej. Plinju semma li kien hemm komunità ta` Esseni ħdejn il- Baħar il- Mejjet, bejn Ġeriko u Għajn-geddi. Il-Professur James VanderKam (1946- ), li studja l-famużi Dead Sea Scrolls, issuġġerixxa li “l- Esseni li kienu jgħixu f`Qumran kienu biss grupp żgħir minn moviment ferm akbar ta` Esseni.” Skont l-istoriku Ġużeppi Flavju, f`dan il- moviment monastiku kien hemm b`kollox madwar erbat elef ruħ. L-Esseni nqatgħu mill-ħajja soċjali u reliġjuża Lhudija u marru jgħammru “fid-deżert” f`ħajja ta` solitudni, studju, talb u ħidma manwali. Għalkemm l-Esseni żammew il-fidi Ġudajka, huma mhux biss żviluppaw ħsieb teoloġiku għalihom imma wkoll stil ta` ħajja differenti missaċerdoti tat-tempju. Ir-ritwaliżmu ta` purifikazzjoni bl-ilma u s-sens ta` profezija kienu jiddistingwuhom mis-setet u movimenti li kienu eżistenti f`dawk iżżminijiet. L-istoriku Lhudi Heinrich Graetz (1817-1891) kien l-ewwel wieħed li ħareġ bit-teorija li Ġwanni l-Battista kien Essen. Huwa fetaħ din id-diskussjoni li għadha għaddejja sallum. Bosta studjużi jaqblu li Ġwanni kien Essen, oħrajn jirrifjutaw din l-asserzjoni waqt li xi wħud jaslu jammettu li Ġwanni kien tassew Essen għal xi żmien qasir imma mbgħad ħallihom u beda l-moviment tiegħu. Il-famuż Marjologu Padre Renè Laurentin (1917-2017) f`pubblikazzjoni tiegħu dwar il-Battista jagħti x`jifhem li l-Battista fi ċkunitu kien afdat lill-komunità Essena. Studjużi oħra huma tal-istess fehma. Insemmi biss lil Geza Vermes (1924- 2013). Sezzjoni oħra ta` studjużi kienu tal-fehma li San Ġwann il-Battista kien f`kuntatt u influwenzat mill- Esseni imma ma kienx membru profess. Fost dawk li jżommu din il-linja ta` ħsieb insemmi biss lit-teologu u Kardinal Jean Danielou (1905-1974) u Raymond E. Brown (1928-1998). Ovvjament hemm studjużi oħra li ma jaraw l-ebda konnessjoni bejn Ġwanni u l-Esseni. Waqt li din tibqa` diskussjoni miftuħa, huma bosta l-fatturi li jressqu lil San Ġwann il-Battista lejn l-Esseni. Ħa naraw xi fatturi li jikkonfermaw dan. Ġwanni kien ġej minn familja saċerdotali. Anke l-Esseni kienu