Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 108

106 farà la prima sua comparsa in pubblico in questa occasione’ u ‘...l-banda l-ġdida Banda Prekursur talistess raħal toħroġ fil-pubbliku għall-ewwel darba biex tagħmel id-dimostrazzjoni tal-istatwa.’ Fil-fatt, fl-aħħar jum tat-tridu, il-Banda Prekursur ħadet sehem fid-dimostrazzjoni bl-istatwa ta’ San Ġwann jgħammed lil Kristu, u wara esegwiet programm mużikali, ‘L’ultimo giorno del triduo la nuova filarmonica del Xeukija ‘Il Precorsore’ condurra a suon di marcia, alle ore 8 p.m. la statua di S. Giovanni battezzante il Salvatore, indi eseguirà un uno scelto programma.’ Tajjeb ninnota hawn li l-istatwa li biha saret iddimostrazzjoni fl-1930 mill-Banda Prekursur hi l-istess statwa li fil-preżent tittella’ fuq il-pedestall fil-pjazza prinċipali tar-raħal. Din l-istatwa hi xogħol tal-Kav. Wistin Camlleri u żżanżnet fil-festa tas-sena 1927. Din ħadet post l-istatwa ta’ San Ġwann, magħruf bħala Iċ-Ċavett, li fil-preżent tittella’ fi Triq il-Ħamrija, li hija wkoll xogħol ta’ W. Camilleri u żżanżnet fis-sena 1912. Kif diġà rajna, fil-festa tas-sena 1930, barra l-Banda Prekursur, ħadet sehem ukoll il-Banda Leone tal-Belt Victoria. Is-servizzi tal-Banda Leone kienu lejlet u nhar il-festa. Ta’ dawn is-servizzi l-Banda Leone tħallset issomma ta’ ħdax-il lira. 1950 - 70 sena ilu Il-festa tas-sena 1950 hija wkoll festa memorabbli. Ilfesti f’din is-sena saru mill-21 sal-25 ta’ Ġunju. Il-prietki tat-tridu saru minn Patri Tarciso Xerri O.F.M. li tħallas is-somma ta’ tliet liri u ħmistax-il xelin. Il-paniġierku ta’ filgħodu sar mill-Isqof Titulari ta’ Tralles, Monsinjur Emnanuele Galea. Ta’ dan u tal-vettura, Mons. Galea tħallas is-somma ta’ tliet liri u ħmistax-il xelin. Ilpaniġierku ta’ filgħaxija sar minn Patri Pawlo Pisani O.C.M. Ta’ dan u tal-vettura, Patri Pisani tħallas is-somma ta’ żewġ liri u ħames xelini. Għall-vettura li wasslet lill- Isqof u l-Kanoniċi għall-festa tħallset is-somma ta’ £2 10s. L-organista li ħa sehem waqt il-matutin tħallas tnaxil xelin u nofs, waqt li dawk li daqqew l-ewfoji u l-kontrabaxx, ħadu ħames xelini. Ġanni Haber u oħrajn li ħadu sehem fin-novena u l-matutin ħadu bejniethom ħmistax-il xelin. Il-mużika li ħadet sehem matul il-jiem tal-festa, inkluż ukoll il-matutin, u responsarji, kienet ta’ Mro Ġanni Vella u tas-servizzi li tat tħallset is-somma ta’ £37. Żakkarija u sħabu, talli żejnu l-knisja, il-pjazza prinċipali, il-palk u xi spejjeż oħra, laħqet is-somma ta’ £34. Nikola Agius, tal-mixgħela ġenerali b’656 bozza, tħallas issomma ta’ £40. Għal-logħob tan-nar tħallsu, Anton Cilia £29 10s, waqt li Ninu Farrugia tħallas £9 18s. Fil-festi ta’ barra ħadu sehem iż-żewġ Baned Ċittadini Leone u La Stella. Il-Banda Leone ħadet sehem fit-tlett ijiem tal-festa, jiġifieri: il-Ġimgħa, fid-dimostrazzjoni bl-istatwa tal-Għammiedi, is-Sibt u l-Ħadd, f’lejlet u nhar il-festa. Lejlet il-festa, il-Banda Leone esegwiet programm mużikali, waqt li f’nhar il-festa, akkumpanjat il-purċissjoni. Ta’ dawn is-servizzi tħallset is-somma ta’ £46. Matul is-servizzi, il-bandisti tal-istess banda ngħataw diversi bibiti li swew is-somma ta’ £6 10s. Lejlet il-festa tas-sena 1930, l-Arċipriet bierek ħames standardi li kellha l-Banda Prekursur u wara daret mattoroq ewlenin tax-Xewkija ‘...l’Arciprete benedica cinque gonfaloni della nuova Filarmonica.’ F’nhar il-festa saru diversi marċi u programmi mużikali, kemm mill-Banda Prekursur u kemm mill-Banda Leone, ‘...Filarmoniche ‘Il Precursore’ e ‘Il Leone’ percorreranno diverse volte a suon di marcia le vie del Casale.’ Dawn il-festi kienu għalqu bi programm mużikali fuq palk sabiħ u wara, bil-ħruq tannar, ‘dopo la processione un’altro programma musicale e guochi pirotechnici.’ Mill-banda l-oħra, f’din il-festa, il-Banda La Stella għamlet żewġ servizzi, u tħallset is-somma ta’ £32. Iżżewġ bibiti li ngħataw lill-bandisti tal-Banda La Stella ammontaw għas-somma ta’ £5. Ta’ min jinota li kien f’din il-festa li żżanżan l-innu La Natività di San Giovanni Battista. Dan l-innu hu kompożizzjoni mużikali tas-Surmast Indrì Borg, waqt li l-versi tiegħu huma tas-Sur Ġużeppi Serafin Cutajar. Matul din il-festa, dan l-innu kien indaqq miż-żewġ baned tal-Belt Victoria Leone u La Stella.