105
Tliet Anniversarji
grazio a. grecH
Għal darb’oħra, din is-sena ser nerġa’ nagħti tagħrif
dwar tliet anniversarji konnessi mal-festa ta’ San Ġwann
Battista:
1910 - 110 sena ilu
L-ewwel tagħrif li ser nagħti jikkonċerna l-festa tal-
Battista tas-sena 1910, jew aħjar dik ta’ 110 snin ilu.
F’din is-sena, il-festi, kemm interni u kemm dawk
esterni, saru b’solennità kbira, waqt li l-knisja kienet
armata u mżejna tajjeb, ‘questa bella e vasta chiesa era
adornata con gusto veramente artistico e vi facevano
sfoggio ricchi arrendi.’
L-Isqof djoċesan kien assista mit-tron waqt il-quddiesa
ta’ nhar il-festa. Din kienet ukoll akkumpanjata middaqq
tal-mużika. Il-paninġierku ta’ filgħodu sar minn
Mons. Kanoniku u Dekan tal-Katidral t’Għawdex
Dun Ġużepp Farrugia, Protonotarju Appostoliku u
Vigarju Ġenerali. Filgħaxija, qabel il-Vespri, għamel ilpaninġierku,
Patri Pio minn Għawdex, li kien Provinċjal
tal-Kapuċċini.
Il-mużika li ħadet sehem lejlet u nhar il-festa kienet
ta’ Dun Vinċenz Bugeja u tas-servizzi li tat tħallset issomma
ta’ seba’ liri. Matul il-jiem tat-tridu u l-matutin,
kien ħa sehem Mro Agostino Masini u tas-servizzi li ta
tħallas is-somma ta’ £24s.
Il-banda li ħadet sehem f’dawn il-festi tal-Battista kienet
dik Leone tal-Belt Victoria u tas-sehem tagħha tħallset
is-somma ta’ erba’ liri. It-trattament li kien ingħata
lill-bandisti kien ilaħħaq is-somma ta’ nofs lira, ħlas ta’
ħalib, kafè u biskotti. Kien sar ħlas ta’ ħames liri u nofs
lil Davide Grech għal-logħob tan-nar, waqt li għallilluminazzjoni
kien sar ħlas ta’ seba’ liri.
Il-purċissjoni kienet waħda devota, waqt li l-banda
allegrat lill-poplu matul il-jiem tal-festa.
1930 - 90 sena ilu
Il-festa ta’ San Ġwann Battista tas-sena 1930 hija waħda
speċjali għas-Soċjetà Filarmonika Prekursur. Kien
propju f’din is-sena li l-Banda Prekursur ħadet sehem
għall-ewwel darba fil-festa tal-Battista. Dakinhar, ilfesta
saret mill-20 sal-24 ta’ Ġunju 1930. Il-prietki tattridu
saru minn Patri Filippu, Kapuċċin. Lejlet il-festa
saret is-soltu translazzjoni solenni, waqt li l-għada, 24
ta’ Ġunju, l-Isqof attenda mit-tron, waqt il-quddiesa
solenni tal-festa. Il-paniġierku ta’ filgħodu sar mill-
Kappillan S. L. Catania, waqt li dak ta’ filgħaxija sar
minn Mons. Kan. Dun Fortunato Grech. Il-funzjonijiet
tal-festa għamilhom Mons. Arċidjaknu tal-Katidral
t’Għawdex Ġ. Pace, li wara sar Isqof tad-djoċesi ta’
Għawdex. Il-Kanonċi tal-Katidral assistew lill-Isqof
waqt il-pontifikal, u tħallsu bejniethom is-somma ta’
9s 6d., waqt li dawk li wasslu lill-Monsinjuri u lill-Isqof
ix-Xewkija tħallsu bejniehom 8s.
L-organista li ħa sehem matul it-tridu u l-matutin kien
Ġużeppi Zammit, li tas-servizzi li ta tħallas is-somma
ta’ seba’ xelini. It-tenur Francesco Attard u l-baritnu
Govanni Haber, tas-sehem tagħhom, tħallsu seba’ xelini
kull wieħed.
Il-mużika ta’ matul il-festa kienet ta’ Mro Anton
Buhagiar, li tas-servizzi li ta tħallas is-somma ta’ tnax-il
lira u tmintax-il xelin. Dak li daqq l-offlè u dak li daqq
il-kontrabaxx, waqt il-matutin, ħadu bejniethom issomma
ta’ tliet xelini u 4 soldi. Ġorġ Gatt, talli kanta
waqt it-tridu u l-matutin, tħallas is-somma ta’ 2s 6d.
Il-mużika ta’ matul il-jiem tal-festa kienet immexxija
minn Mro Anton Buhagiar u tas-servizzi li ta, tħallas
is-somma ta’ £12 18s.
Anġlu Fenech tħallas £3 10s, waqt li Pawlu Sciortino
tħallas is-somma ta’ £2 8s 9d, inkonnessjoni malmixgħela
bit-tazzi taż-żejt. Intant, għall-illuminazzjoni
bil-luċelettrika tħallset is-somma ta’ £8.
Din is-sena, insibu żewġ ħlasijiet għal-logħob tan-nar.
L-ewwel kont, li jinkludi l-logħob tan-nar tal-art, hu ta’
£10 5s, waqt li l-ieħor hu ta’ 16s 6d, li hu ħlas ta’ 100
murtal bi prezz ta’ żewġ soldi ’l wieħed. Anġlu Haber,
talli ħa ħsieb it-tiżjin, tħallas sitt liri u sitt soldi. Bħassena
1929, ġew ukoll stampati 500 sunett bi prezz ta’
seba’ xelini. Saret ukoll it-tiġrija tal-bhejjem.
Kif diġà għedt, l-ewwel dehra fil-pubbliku tal-Banda
Prekursur tax-Xewkija kienet propju fil-festi tal-
Battista li ġew iċċelebrati mill-20 sal-24 ta’ Ġunju
1930 fix-Xewkija, ‘...che la Filar. del Casale ‘Il Precursore’