103
kien allokat lill-kappillan mid-dħul tal-parroċċa. Parti
minnu kien ikun ġej mill-offerti tal-parruċċani li dak iżżmien
ħafna drabi kien jikkonsisti f’għotjiet ta’ annimali
u oġġetti bħal kapuni, sriedaq, tiġieġ u bajd. Il-kappillan
kien jagħti dawn l-offerti lill-kumpratur biex ibigħhom bi
profitt fis-suq. Il-Kappillan tax-Xewkija, Dun Pietru-Pawl
Ciantar li kien serva bħala kappillan għal 44 sena, sabiex
jagħmel l-aħjar użu minn dawn l-offerti u anke sabiex
ma jkollux jagħmel l-għażla diffiċli lil liema kumpratur
ser jagħżel, kien daħħal l-idea tal-irkant. Kull sena kien
jistieden kumpraturi interessati sabiex jagħmlu l-offerti
tagħhom. Nafu li Ġanni Magro kien jidħol għaliha u
sikwit kien jeħodha hu bħalma ġieli rebaħ il-kappillanija
f’Ta’ Sannat u fin-Nadur, li wkoll kienu addottaw din
l-idea.
Għall-ħabta tal-1909, meta n-negozju beda jikber, irremissa
saret żgħira wisq u bena oħra ikbar flimkien ma’
dar f’numru 5, Strada Corsa, illum Triq Indipendenza. Hu
propju hawnhekk fejn l-azjenda Magro Brothers kienet
irreġistrata meta ġiet formalment imwaqqfa fis-sena 1916.
Ġanni malajr induna li Għawdex kien limitat wisq, iżda
minkejja dan għażel li jibqa’ jgħix Għawdex u jaqsam
sikwit lejn Malta minkejja li f’dawk iż-żminijiet it-traġitt
xejn ma kien wieħed komdu. Hemm stabbilixxa kuntatti
tajbin fejn seta’ jinnegozja l-prodotti tiegħu. Beda jixtri
prodotti agrikoli minn Għawdex kollu għas-swieq fil-Belt
Valletta. Għaraf x’kienet id-domanda u beda jitlob lil
dawk li jixtri minn għandhom sabiex ikabbru prodotti li
kienu mitluba fis-suq. Għaraf ukoll jisfrutta d-domanda
għall-prodotti mitluba frott il-preżenza tal-armata u
tan-Navy Ingliża.
Ġanni narawh fost oħrajn jinnegozja l-patata. Kien
ukolll jixtri u jesporta ż-żerriegħa tal-kemmun. Hekk
pereżempju nafu li fl-1915 kważi 14,000 kilogramma ta’
kemmun kienu ġew imkabbra fl-għelieqi tax-Xewkija.
Jidher li Ġanni kien sab suq tal-kemmun Għawdxi fi
Franza fejn kien ikun użat sew fil-ħobż u anke għallużu
mediċinali. Aktarx li l-prodott laħaq is-suq Olandiż
ukoll. Ma nistgħux ma nsemmux l-involviment tiegħu
fin-negozju tal-qoton fejn kien qed jiġi esportat
speċjalment lejn Lancashire. (ritratt qoton)
Irċevuta li turi
n-negozju filqoton.
Tmur lura
għall-1918.
Nafu wkoll li kawża tal-Ewwel Gwerra Dinjija kienu qed
jiddaħħlu f’Malta u f’Għawdex numbru kbir ta’ midruba.
Hekk li f’Għawdex biss fil-Forti Chambray kienu ġew
ippreparati 400 sodda, inklużi oħrajn f’tined kif ukoll
fil-btieħi tal-Isptar fir-Rabat u f’xi bini ieħor. Dan kollu
għen sabiex tiżdied id-domanda għall-ikel fil-gżira, liema
domanda għenet lin-negozju ta’ Ġanni.
Minkejja l-ostaklu mhux żgħir tal-lingwa, speċjalment
mal-Armata Ingliża, Ġanni qatt ma qata’ qalbu. Nafu
li kien juża s-servizzi ta’ Lorenzo Zammit Haber għaxxogħol
klerikali u anke interpreti biex jikkonkludi
kuntatti mal-awtoritajiet militari. Minkejja dan, huwa
fehem kemm l-Ingliż kien fundamentali għall-kummerċ.
Għalhekk bagħat lil ibnu Salvatore l-iskola. U dan ibnu
laħaq l-aspettattiv tal-ġenituri tiegħu u għamel progress
sinifikanti fl-istudji tal-Ingliż. Iżda fil-verità ma tantx sabu
lil ibnu għan-negozju għax dan ingħaqad mal-armata
Ingliża fejn speċjalizza fil-mediċina.
Lil Ġanni narawh ukoll involut fit-tkabbir ta’ għoġġiela li
kien jimporta sabiex jitkabbru hawn. Kien jipprovdi lirraħħala
bil-frieħ u anke bl-ikel sabiex wara li jkabbruhom
u jinqatlu, l-profitt jiġi maqsum. Aktar tard hu stess u
anke wliedu kienu jkabbru dawn l-għoġġiela. Mażżmien
wessa’ l-interess tiegħu anke fuq ix-xiri ta’ bini u
propjeta bħal lokal preżentament użat bħala Għassa tal-
Pulizija fix-Xewkija, ir-raba taċ-Ċnus fejn ġiet proġettata
Triq Rotunda u bosta ħbula oħra ta’ raba fix-Xewkija u
madwar Għawdex. Dan għamlu sabiex seta’ jassigura
dħul regolari u kapital garantit.
Irċevuta b’rabta max-xiri tas-smida