Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 104

102 Ġanni Magro L-Imprenditur Xewki ta’ Suċċess in-neputiJa ġannina farrugia Żgur li kulħadd hu k o n x j u t a l - g r u p p ta’ kumpaniji Magro Brothers, imma forsi mhux kuma inqas dawk li huma konxji ta’ min kien il-bidu, il-moħħ u ż-żerriegħa ta’ din l-azjenda, li llum kibret u nfirxet sew kemm f’Malta u anke barra minn xtutna. Ngħiduha mill-ewwel, dan is-suċċess jaf il-bidu tiegħu lix-Xewki Giovanni (Ġanni) Magro li kien miżżewweġ lil Giovanna Grech. Giovanni, jew Ġanni, kien r-raba’ wild fost l-għaxra li kellha l-koppja Salvatore Magro u Giovanna Agius. Kienu t-tnejn Xewkin. Iżżewġu nhar id-19 ta’ Frar 1859 fix-Xewkija u komplew jgħixu fl-istess raħal. Nafu li Ġanni twieled fis-sebgħa ta’ filgħodu tat-30 ta’ Mejju 1866, wisq probabbli fid-dar tal-familja tagħhom stess li kellhom f’numru 50 Via Migarro (Triq L-Imġarr), viċin ħafna tal-kappella tal-Madonna tal-Ħniena. Fi twelidu, missieru kien jgħodd is-46 sena u ommu kellha 33 sena. Kif kienet id-drawwa dakinhar, minħabba l-fatt li kważi nofs it-trabi li kienu jitwieldu f’Għawdex kienu jmutu qabel jagħlqu l-ħames snin, missieru għammdu flistess ġurnata ta’ twelidu. Ġie mogħti l-ismijiet ta’ Ġanni, Karmnu u Mikiel, imma kellu jkun magħruf bħala Ġanni għall-patrun San Ġwann il-Battista. fl-għelieqi u fil-ħajja ta’ madwaru, kif ukoll għall-kapaċità li kellu li jixxabbat mal-ħitan. Sa minn żogħżitu ninnutaw li beda ħiereġ fil-beraħ l-aspett intraprenditorjali tiegħu. Għandna għax nemmnu, li dak li kien jara fi tfulitu quddiem id-dar tiegħu, jiġifieri l-karrettuni mimlija merkanzija li kienu jgħaddu lejn il-port tal-Imġarr u lura żgur ħalla impatt fuq il-linja li kellu jaqbad. Nafu li ta’ madwar 20 sena, kien diġà beda jagħmel xi negozju f’ismu personali. Fl-età ta’ 25, sewwasew nhar is-7 ta’ Frar 1891, Ġanni żżewweġ lil Ġovanna Grech, bint Wiġi Grech u Maria Abela, t-tnejn mix-Xewkija. Marru joqogħdu f’dar qadima iżda spazjuża fit-tarf ta’ sqaq li kien jagħti għal Triq San Żakkarija. Hemm kien hemm remissa li nistgħu ngħidu li kienet il-post fejn beda n-negozju tiegħu. Ġanni l-Għakrex u Ġanna kif kienu aktar magħrufa kellhom għaxart itfal: erba’ subien u sitt ibniet. Dak iż-żmien kienet in-norma li l-familji jkunu numerużi. Dawn kienu Salvatore, Caterina, Maria Assunta, Caterina, Aloysius, Carmela, Franciscus, Joanna (13 t’Ottubru 1907), Joanna (19 ta’ Marzu 1910) u Emmanuele. L-aspett intrapenditorjali tiegħu narawh ukoll meta kien jipparteċipa, ħafna drabi b’suċċess, fl-irkant talkappillanija sew fix-Xewkija u anke f’xi rħula oħra. Din il-kappillanija propjament kienet tikkonsisti fid-dħul li Minkejja li meta kellu ħames snin, l-iskola primarja tax-Xewkija kienet ġa qed tiffunzjona, jidher li hu qatt ma attenda l-iskola. Id-daqqa t’id tiegħu fl-għelieqi u fir-razzett kienu meħtieġa u naħseb hu stess kien jippreferihom mir-riġidità tal-klassi. Għaldaqstant ma niskantawx kif qatt ma tgħallem jikteb u jaqra. Kien minħabba f’hekk ukoll li anqas kellu dritt għall-vot. Ta’ min jgħid li dik il-ħabta kienu biss 42 li setgħu jivvutaw u fost dawn 10 qassisin! Imma Ġanni kellu memorja eċċezzjonali li kienet tikkumpensa sew l-illiteriżmu tiegħu. Ma damx ma sar magħruf bħala Ġanni l-Għakrex. Salvina Camilleri, née Farrugia, tiftakar lil ommha ssemmi li dan il-laqam ġie minħabba l-abilità tiegħu li jegħleb l-ostakli Irċevuta li tmur lura 100 sena b’rabta mal-kappillanija tan-Nadur