101
kelMa Mas-seMinaristi
Franklin Micallef
semInarIst
Jien
Jien Franklin Micallef. Noqgħod Ta’ Kerċem u għandi 21
sena. Jien il-kbir fost erba’ aħwa. Ninsab fit-tielet sena ta’
formazzjaoni fis-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù.
Ix-Xewkija
Sentejn ilu bdejt esperjenza pastorali fir-raħal tax-
Xewkija. Għalija dan ir-raħal serva ta’ opportunità
biex niltaqa’ ma’ realtà differenti. Grazzi talli lqajtuni
fostkom.
COVID-19
Bidla totali. Il-Covid-19 biddlet il-ħajja tagħna millejl
għan-nhar spiċċajna ngħixu ritmu ta’ ħajja li qatt
ma ħlomna li ser ngħixuh. Aħna s-seminaristi qed
inkomplu l-programm tal-formazzjoni minn ġo djarna
u ħafna nies spiċċaw jaħdmu mid-dar. Aspett pożittiv
li naħseb li ħareġ frott din il-pandemija huwa ċ-ċans
li għandna biex naħsbu dwar dak li hu verament
importanti fil-ħajja.
San Ġwann
San Ġwann, apparti li huwa qaddis ċentrali fil-fidi
tagħna, huwa wkoll il-patrun ta’ dan ir-raħal. Osservajt
kemm San Ġwann huwa tassew fil-qalb tax-Xewkin,
saħansitra minn meta jkunu għadhom żgħar. Matul
dawn is-sentejn skoprejt ħafna aktar dwar dan il-qaddis
u kemm għandu x’jgħallimni fil-ħajja tiegħi.
It-Talb
Il-fidi Nisranija ddur fuq it-talb. Għalija t-talb huwa
bħal djalogu bejn żewġt iħbieb. Biex isiru jafu lil xulxin
iridu jqattgħu l-ħin flimkien u jitkellmu ma’ xulxin. Biex
insir naf lil Alla u nħobbu verament jeħtieġ li ninvesti
fil-ħin tat-talb.
Social Distancing
Dawn iz-żewġ kelmiet xbajna nisimgħuhom dawn
l-aħħar xhur! Il-kuntatt bejnietna naqas u kollox waqaf
ħesrem frott is-social distancing! Minkejja li huwa
diffiċli li ma niltaqgħux ma’ xulxin, dan iż-żmien huwa
test tal-imħabba vera. Li nżommu kuntatt bit-telefown
u b’modi oħra huwa essenzjali. Anke fir-rigward ta’
Alla u t-talb. Jalla jkun żmien fejn nitgħallmu nitolbu
flimkien bħala familja fi djarna stess.
Festa
Kwalunkwe festa hija mument ta’ ċelebrazzjoni. Ir-raħal
tax-Xewkija fl-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju jilbes il-libsa talfesta.
Din is-sena kellha tkun festa speċjali fl-okkażjoni
tal-175 sena mill-wasla tal-istatwa.
Ferħ
Kull bniedem jixtieq li jgħix ferħan. Il-ferħ veru jimlielna
ħajjitna bl-enerġija biex ngħixu ħajjitna b’mod pożittiv.
Jien nawgura lil kull wieħed u waħda minnkom li
qalbkom tkun mimlija ferħ u hena biex issibu l-kuraġġ
tegħlbu d-diffikultajiet kollha li taffaċċjaw f’ħajjitkom!
Alla
Għalija Alla jfisser imħabba. Meta nħares lejn il-ħajja
tiegħi nara kemm Alla tani rigali sbieħ fosthom ilfamilja
tiegħi. L-imħabba mhux dejjem tifhimha u
ġġib magħha s-sagrifiċċji, imma dik hi l-imħabba vera
li tagħtik skop veru fil-ħajja.