Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 102

100 kelMa Mas-seMinaristi Matthew Attard semInarIst Jien Jien Matthew Attard. Għandi 21 sena u bħalissa ninsab fit-tieni sena tal-formazzjoni ġewwa s-Seminarju Maġġuri tal-Qalb ta’ Ġesù. Ix-Xewkija Ix-Xewkija huwa raħal twelidi. Raħal imżejjen b’ħafna persuni li bil-għajnuna tagħhom wasalt fejn jien illum. Kien propju minn dan ir-raħal li fiha nżergħet iż-żerriegħa tal-vokazzjoni saċerdotali. Inħossni kburi li jien mix-Xewkija. San Ġwann Meta nisma’ b’dan l-isem moħħi jmur fuq il-figura ta’ raġel jgħallem lin-nies ġewwa d-deżert. Tolqotni l-insistenza tal-Battista li biex f’kull sitwazzjoni jneħħi l-attenzjoni minn fuqu u jitfagħha fuq Ġesù. Frażi li ħarġet minn fomm dan il-qaddis patrun tagħna u li ġġegħelni nirrifletti ħafna hi: “Dan Hu l-ferħ li bih qalbi mtliet!”[Ġw 3:29]. It-Talb Inħoss li t-talb huwa xi ħaġa essenzjali fil-ħajja ta’ seminarista. Bħalma l-bniedem irid imantni lilu nnifsu permezz tal-ikel, hekk ukoll ir-ruħ trid tmantni lilha nnifisha. Huwa biss permezz tat-talb li persuna tista’ tibqa’ soda fit-triq li tkun miexja u fl-istess waqt tegħleb id-diversi tentazzjonijiet li jistgħu jittantawha matul l-istess triq. Social Distancing Dan it-terminu naħseb ilkoll kemm aħna xbajna nisimgħuh! Madanakollu, għalkemm xbajna minnu jibqa’ xorta waħda xi ħaġa essenzjali. Is-social distancing daqs kemm hu kapaċi jkun ta’ benefiċċju, hekk ukoll kapaċi jkun ta’ detriment għall-umanità. Min jaf kemmil darba nevitaw li nkunu f’kuntatt ma’ persuni frott is-suppervja tagħna jew inkella bqajna ’l bogħod minn dawk li suppost huma l-aktar qrib tagħna. l-quddiesa. Għalhekk issa saret aktar faċli li nitbiegħdu u nżommu r-relazzjoni tagħna ma’ Alla ’l bogħod kemm jista’ jkun. Żgur mhux forsi li dan iż-żmien biddel il-mod ta’ kif nirrelataw miegħu. Int kif sibtek? Mort għall-aħjar jew għall-agħar? COVID-19 Din il-pandemija, affettwat xi ftit jew wisq lil kull wieħed u waħda minna. Din il-marda ġagħlitni nsir aktar konxju tal-fraġilità ta’ ħajja li ngħixu fiha. Filli kulħadd għaddej bix-xogħol tiegħu u f’daqqa waħda m’għad fadal imkien fejn tmur. Kważi kważi tibża’ tmur fejn persuna oħra għax tibża’ li se tinfetta ruħek minnha. Festa Żgur m’iniex waħdi li bħalissa ninsab b’ċertu diqa ġewwa fija. Kemm kont fuq ix-xwiek biex nilqa’ lil San Ġwann ġewwa raħalna wara li għadda mir-restawr! Kemm ilni nixtieq li għal darba oħra nerġa’ nisma’ l-innu marċ jindaqq mill-Banda Prekursur! Din is-sena minn fuq YouTube se jkolli nisimgħu! Hekk ukoll l-antifona! Ser ikollna nistennew is-sena d-dieħla. Ferħ Ejjew ma nħallux il-ħsieb tal-festa jnikkitna. Huwa minnu li l-ferħ li konna nħossu xħin naraw l-armar jiżżejjen u li permezz tiegħu r-raħal jieħu l-kulur li jixraqlu ma nistgħux nesperjenzawh. Imma hemm ferħ li jekk noqogħdu attenti għalih, ħadd ma jista’ jeħodulna. Dan huwa l-ferħ li hemm ġewwa l-qalb tagħna. Il-ferħ imdawwar b’nar iħeġġeġ bl-imħabba għall-patrun tagħna San Ġwann. Ejjew niftakru filkobor ta’ dan il-qaddis, li “fost ulied in-nisa ma hemm ħadd akbar minnu”. Ejjew ma ninsewx il-mod ta’ kif missirijietna wrew il-ġieħ u l-qima lil dan il-qaddis. Ejjew niftakru li l-ewwel raħal ta’ din il-gżira għażel propju lilu biex ikun hu l-patrun u d-difensur tagħna! VIVA SAN ĠWANN BATTISTA! Alla It-terminu tas-social distancing jista’ jgħodd anke għal Alla. Dan iż-żmien ħaffifilna l-mod ta’ kif aħna nisimgħu