Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 101

Solennità tat-tberik u tqegħid tas-salib fuq il-koppla tar-Rotunda l-ġdida tax-Xewkija, Għawdex. TRaduzzjoNI Ta’ IvaN FaRRugIa MIT-TaLjaN għaLL-MaLTI Tad-doKuMENTazzjoNI TaL-aRċIPRIET ĠużEPPI gREch 99 Fil-jum tal-31 ta’ Mejju 1970 fil-ħin tal-4.30pm, wasal minn Malta n-Nunzju Appostoliku għal Malta Monsinjur Arċisqof Titulari Mons. Giuseppe Majoli u Mons. Nikol Cauchi, Isqof Amministratur Apposoltiku għal Għawdex, skortati minn muturi u mbagħad, minn ħdejn irroundabout akkumpanjati miżżwiemel u mill-Banda Prekursur. Is-salib, imqiegħed fuq vettura mżejna apposta għalih, miexja quddiem in-Nunzju. Fil-5.00pm, is-salib, f’nofs ilpjazza, quddiem palk, fejn kien hemm in-Nunzju Appostoliku, l-Isqof Mons. Nikol Cauchi, l-Arċipriet Giuseppi Grech, monsinjuri u saċerdoti, sar indirizz tal-okkażjoni mis- Sur Nazzareno Calleja, mis- Sur Bennie Mercieca, mill- Arċpriet Giuseppi Grech u min-Nunzju Appostoliku, li ġie mogħti frame tal-fidda bir-ritratt tar-Rotunda l-ġdida. Wara li tbierek is-salib, ġie intonat it-Te Deum min-Nunzju waqt li s-salib kien imwassal sal- quċċata tal-k nisja mill-imgħallem Ġużeppi Vella, mill-assistent tiegħu Zakkarija Cilia u minn Dijonisju Tabone. Hekk kif is-salib kien filgħoli, in-nies kollha tax- Xewkija u eluf ta’ persuni minn Għawdex kollu u minn Malta fil-pjazza tax-Xewkija, ċapċpu bil-ferħ fost il-kant, id-daqq tal-qniepen u tal-Banda tax-Xewkija u l-ħoss u l-eku qawwi tal-murtali fis-sema. Fis-7pm il-Banda għamlet marċ trijonfali sal-każin tagħha fejn sar riċeviment lussuż b’tifkira ta’ din l-okkażjoni straordinarja u indimentikabbli li matulha nġabret is-somma ta’ £466 għall-ispejjeż tal-istess funzjoni kif ukoll għallbini tar-Rotunda. Kitba Arċ Grech Tlugħ tas-Salib 31 ta’ Mejju 1970