6
sema ’ bit-tħabbira minn Gabriel moħħu mar fuq erbat itfal oħra li kollha ġew imħabbrin mill-Mulej . Dawn huma Iżakk , Gideon , Sansun u Samwel . Iżda b ’ mod partikulari , ħsieb il-qassis xiħ tagħna mar fl-istorja ta ’ Abraham u martu Sara , it-tnejn xjuħ u madankollu Alla sema ’ t-talba ħerqana tagħhom u tahom lil Iżakk .
Wara li twieled Ġwanni , missieru kiteb x ’ kellu jkun ismu , u n-nies marru jifirħulhom , dan Żakkarija “ mtela bl-Ispirtu s-Santu u beda jħabbar u jgħid ” ( Lq 1,67 ). Kemm huwa kliem ta ’ ferħ , konsolazzjoni , inkuraġġiment din tal-Ispirtu s-Santu issa f ’ Żakkarija . Tistgħaġeb , l-effett ta ’ din it-tielet persuna kien li Żakkarija għanna dak l-innu tant profond u teoloġikament mimli b ’ ħarsa ’ l quddiem lejn il-ġejjieni x ’ kellha tkun il-missjoni nobbli tattarbija tiegħu Ġwanni . F ’ kelma waħda dan l-ispirtu Santu lil Żakkarija kompla wessagħlu qalbu u kabbarlu r-ringrazzjament tiegħu lejn Alla t ' Iżrael . Dan l-innu jissejjaħ il-Benedictus , liema innu ta ’ kuljum jingħad minn tant u tant erwieħ li jirreċitaw l-Uffiċċju tat-talb tagħhom .
Martu eliŻabetta
Eliżabetta wkoll gawdiet mill-frott tal-Ispirtu s-Santu . Difatti naraw fiha konklużjonijiet li huma frott biss ta ’ din it-tielet persuna . Hawn ukoll Luqa jikteb ċar : “ Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu u nfexxet f ’ għajta kbira u qalet ” ( Lq 1,41 ). L-effett tal-Ispirtu fuq din il-mara twajba u xiħa kienu kbar tassew . Luqa jikteb li Eliżabetta “ nfexxet f ’ għajta kbira ”, bil- Lhudi teruaħ . Din hija tassew għajta ta ’ stagħġib qaddis , għajta ta ’ merħba , għajta ta ’ inkoraġġiment . Din l-għajta l-Lhud għajtuha meta l-Arka tal-Patt marret fil-kamp tal-battalja f ’ Afek . Kienet is-sena 1050 qabel Kristu . ( 1 Sam 4,5 ). Issa l-Ispirtu s-Santu lil Eliżabetta għarrafha li quddiemha hemm il-vera Arka tat-Testment il-Ġdid , Marija u li diġà kienet omm u li f ’ ġufha kellha l-Iben t ’ Alla . Misteru tant kbir li issa qiegħed proprju f ’ dar Eliżabetta stess !
Huwa kollu għalhekk li Eliżabetta għajtet u laqgħet lil Marija f ’ darha b ’ imħabba l-aktar kbira . Kollox kien frott tal-Ispirtu s-Santu . Mela kien l-aktar loġiku li f ’ dar Żakkarija u Eliżabetta issa li kien hemm l-Ispirtu s-Santu f ’ din id-dar kien hemm tassew il-ferħ , l-għaqda , l-armonija u l-paċenzja . Għaliex fejn ikun hemm l-Ispirtu s-Santu tirrenja tassew ix- Shalom li dan l-Ispirtu qaddis biss jaf u jista ' jagħti u jwassal f ’ qalb il-bnedmin ta ’ rieda tajba . Fuq kollox minkejja l-istat ta ’ faqar li kienet tgħix din il-familja , imma grazzi għall-Ispirtu s-Santu kienet familja Ii għandha l-ferħ tassew .
it-tfajjel ġwanni
Jekk Żakkarija u martu Eliżabbetta mtlew bl-Ispirtu s-Santu fl-ambjent tat-tħabbira u t-twelid ta ’ binhom , xejn anqas imtela Ġwanni bis-seba ’ doni tal-Ispirtu s-Santu . Ħalli naraw dan kemm huwa veru . L-aqwa konferma ssiġillata b ’ siġill tas-sema jiġifieri li Ġwanni kellu l-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu jagħtihilna l-Vanġelu . Ara x ’ ħabbarlu l-anġlu tal- Mulej lil Żakkarija missieru ġewwa fit-tempju ħdejn in-naħa tal-lemin tal-altar tal-inċens : “ Hu jimtela bi spirtu qaddis sa minn ġuf ommu ” ( Lq 1,15 ). Grazzi għal dan id-don il-Battista seta faċilment jagħraf il-miġja tal-Mulej biex imbagħad aktar ’ l quddiem ikun jista ’ jwasslu fost il-poplu ta ’ Alla . Hekk ħabbarlu missieru Żakkarija : “ Inti profeta ta ’ Alla l-Għoli biex “ tgħarraf lill-poplu tiegħu bis-salvazzjoni ” ( Lq 1,77 ). Preċiżament din kienet il-missjoni ta ’ Ġwanni bħal din tal-profeti ta ’ qablu , jiġifieri li iwassal , jgħarraf u iressaq il Ġesù fost u għand in-nies .
Interessanti kif Ġwanni l-Battista irċieva l-Ispirtu s-Santu bis-seba ’ doni tiegħu mingħand dak stess li sawru fil-ġuf safi t ’ ommu Marija jiġifieri l-Ispirtu s-Santu . Dan kollu ġara hemm f ’ Għajn Karim bejn iż-żewġ ommijiet magħżula u maħbuba ferm minn Alla , żewġ ommijiet li kienu jiffurmaw parti mill Anawim , il-fqar ta ’ Jahweh , żewġ ommijiet li waħda għalqet it-Testment il-Qadim u l-oħra fetħitu tassew ! Eliżabetta issa mimlija bl-Ispirtu s-Santu stqarret forma ta ’ barka : “ Iva , ħienja dik li emmnet li jseħħ kulma bagħat jgħidilha l-Mulej ”. Hawnhekk Marija hija dik li temmen il-kelma tal-Mulej b ’ differenza ta ’ Żakkarija li kien tqil biex jemmen .
U għaliex Marija emmnet , ġarret magħha lil binha