Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 7

5

L-ISPIRTU S-SANTU FID-DAR TA ’ ŻAKKARIJA Mons . lawrenz sciberras

Il-qaddis Papa San Ġwann Pawlu II fl-ittra Appostolika “ Tertio Millennio Adveniente ” li fih tkellem dwar ittħejjijiet għall-Ġublew il-Kbir tas-sena 2000 , ried li t-tieni sena ta ’ tħejjija tkun iddedikata għall-Ispirtu s-Santu . Mhux biss , imma wkoll li l-preżenza tiegħu fi ħdan il-Knisja tkompli ssaħħaħ u tqaddes il-membri tagħha . Dawn il-membri li ġew issiġillati għal ewwel darba bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu , kien meta rċevew is-sagrament tal-Magħmudija .
Wieħed mill-evanġelisti li sa mill-bidunett tal- Vanġelu tiegħu jagħti importanza kbira lill-Ispirtu s-Santu huwa San Luqa . Anzi ta ’ min iżid jgħid , li din il-preżenza tal-Ispirtu Santu Luqa jimmarkaha sew mhux biss fil-Vanġelu tiegħu imma wkoll fil-ktieb l-ieħor tiegħu stess , jiġifieri l-Atti tal-Appostli . F ’ dan l-artiklu se nipprova nuri kemm Luqa iqabbeż din ittielet persuna u jurina kemm ħadmet fis-sħiħ fit-tlitt personaġġi li ffurmaw il-familja li kienet tgħix Għajn Karim , ħdejn l-għajn ta ’ ilma safi , liema ilma għadu ħiereġ sal-lum . It-tlitt persunaġġi kienu l-qassis Żakkarija , martu Eliżabetta u binhom Ġwanni l-Battista , il-Prekursur u l-Għarus ta ’ Ġesù . fil-perfezzjonijiet tiegħu . Fil-Testment il-Ġdid hemm tliet okkażjonijiet fejn l-Ispirtu Santu ħa tliet forom materjali differenti biex in-nies setgħu jarawh u jintebħu bil-preżenza tiegħu . Fil-magħmudija ta ’ Ġesù hemm fil-Ġordan , deher taħt forma ta ’ ħamiema ( Mt 3,16 ), fit-Trasfigurazzjoni fuq it-Tabor tidher is-sħaba ( Mk 9,7 ) u nhar Għid il-Ħamsin deher taħt ilsna tan-nar . ( Atti 2,3 ).
Issa fil-Vanġelu ta ’ Luqa din il-qawwa dynamis tassema ssir azzjoni konkreta fl-istorja tas-Salvazzjoni . Għalhekk din il-qawwa tqanqal u taħdem fl-individwi partikulari biex dawn isiru profeti ta ’ Alla , ħabbara u messaġġiera tal-għeġubijiet tiegħu . Ħalli naraw kemm dan huwa veru f ’ kull personaġġ tal-familja ta ’ Għajn Karim . Ibda biex Luqa jikteb hekk għal Żakkarija u martu Eliżabetta : “ It-tnejn kienu nies ġusti quddiem Alla u jimxu bla nuqqas ta ’ xejn skont il-preċetti u l-kmandamenti kollha tal-Mulej ” ( Lq 1,6 ). Dan il-kliem isaħħaħ kemm dawn iż-żewġ persunaġġi kellhom tħejjija u dispożizzjoni miftuħa beraħ għall- Ispirtu s-Santu . Kienu nies li jipprattikaw it-Torà , u jħarsu l-liġijiet l-oħra kollha tagħhom il-Lhud . il-ħiDMa tal-ispirtu
L-Ispirtu s-Santu huwa t-tielet persuna tat-Trinità Mqaddsa . Huwa ġej mill-Missier u mill-Iben u għandu l-istess u l-unika natura divina tagħhom . Għalhekk huwa daqs u ugwali mal-Missier u mal- Iben , daqshom f ’ kollox , etern , omnipotenti u nfinit
Żakkarija iMwieŻen Mill-ispirtu
Luqa jikteb ċar u dettaljat dwar din l-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu . Fl-ewwel xena nsibu t-tħabbira lill-qassis Żakkarija waqt il-ħin tant mixtieq talinċens ’ l Alla . Żakkarija xiħ u martu Eliżabetta kienet fl-istess kundizzjoni tiegħu . Biss meta Żakkarija