Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 9

7 bi ħdanha Għajn Karim fejn fl-ewwel laqgħa tiegħu ma ' Ġwanni li kien għadu wkoll magħluq fi ħdan Eliżabetta , wieħed qaddes lil ieħor , wieħed mela bl-Ispirtu qaddis lil ieħor . It-tqanqil tal-Battista f ’ ġuf ommu , diġà kien juri sew kemm din it-tarbija kien se jkollha missjoni kbira , għolja u ta ’ responsabiltà quddiem il-Messija .
Iżda forsi l-aktar mument qawwi fejn dehret l-għajnuna bla limiti tal-Ispirtu s-Santu ma ’ Ġwanni kienet waqt il-konfront li kien ikollu ma ' Erodi Antipa . Dan saltan fuq il-Galilija u l-Perija bħala tetrarka mis-sena 4 qabel Kristu sas-sena 39 wara Kristu . Is-suġġett kien dwar l-istat ħażin li kien qed jgħix fih Erodi meta kien qiegħed mal-mara ta ’ ħuħ Filippu . Il-ħlas ta ’ din it-twissija kien il-qtugħ ir-ras ta ’ Ġwanni fil-fortizza Makeronte , ċarċir ta ’ demmu stess .
Kienet tassew ix-xhieda fl-ogħla grad li l-Prekursur ta għal Ġesù . Hekk għallem Ġesù nnifsu : “ Kunu xhieda tiegħi ”. Iżda dak kollu li dik il-familja li kienet toqgħod f ’ Għajn Karim , mela Żakkarija , martu Eliżabetta u binhom Ġwanni l-Għammiedi waslet għalih , grazzi għad-doni tal-Ispirtu s-Santu li kien jgħammar kontinwament magħhom u fihom .
il-qawwa tal-ispirtu fi ġwanni
Din l-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu Ġwanni kien jeħtieġha ħafna fil-missjoni iebsa li kellu . Li kieku Ġwanni ma kellux l-għajnuna u l-qawwa ta ’ din ittielet persuna tat-Trinità huwa ma kien jasal qatt biex juri daqhekk kuraġġ mas-semmieha tiegħu , uħud minnhom addirittura għedewwa tiegħu . “ In-nies kienu jmorru bi ħġarhom għand Ġwanni biex jgħammidhom ” ( Lq 3,7 ). Issa fost dawn in-nies kien hemm dawk is-sinjuri , il-pubblikani , is-suldati Rumani li xejn ma kien ħafif li huma joqogħdu għattagħlim iebes ta ’ Ġwanni . U Ġwanni mingħajr ma kien juri ebda sinjal ta ’ biża ' fil-predikazzjoni tiegħu , kien jgħallem dejjem il-verità mingħajr ebda rispett uman lejn ħadd .