Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | страница 60

58
“ Pipe Organ ”, proġett li kien ser jiswa mitejn u sebgħa u sittin elf ewro (€ 267,000 ) plus Vat . Il-ġenerożità tal-poplu Xewki , li kif kienet minn dejjem , ma tafx b ’ limitu , reġgħet issorprendiet lil kulħadd u sa sena wara , fit-13 ta ’ Settembru , 2015 , l-Arċipriet Mons . Carmelo Mercieca rnexxielu jiġbor is-somma kollha ta ’ mitejn u sebgħa u sittin elf ewro (€ 267,200 ), xhieda u prova qawwija tal-imħabba kbira li x-Xewkin għandhom lejn San Ġwann Battista u tal-fiduċja kbira li l-poplu Xewki kellu u għandu fil-persuna tal- Arċipriet Mons . Carmelo Mercieca .
Il-Ħidma pastorali tal-Arċipriet Mons . Carmelo Mercieca L-opri li twettqu fi żmien l-Arċipriet Carmelo Mercieca huma kbar u bla għadd . It-tisbiħ kollu li nsibu fil-knisja Rotunda huma xhieda ta ’ dan u jfakkru ismu lill-ġenerazzjonijiet li għad jiġu matul is-snin .
Però , l-akbar xogħol li wettaq Dun Karm Mercieca m ’ humiex l-opri li naraw b ’ għajnejna . Dawn l-opri għalkemm kbar kollha jistgħu jitkejlu u l-ispiża tagħhom tista ’ tiġi ikkalkulata . Verament , l-akbar opri , l-Arċipriet Mercieca wettaqhom fil-ħidma pastorali tiegħu , ħafna drabi , fil-moħbi u mingħajr daqq ta ’ trombi .
Min jista ’ jkejjel il-ġid li għamel dan l-Arċipriet fost it-tfal u ż-żgħażagħ matul is-snin tat-tmexxija tiegħu . L-Arċipriet Mercieca mexa magħhom , ifforma fihom karattru sod , ċiviku u kristjan ; tahom spirtu qawwi ta ’ patrijottizmu u sawwarhom fi rġiel li għamlu unur u isem għalihom u għal raħalhom ; rahom jieħdu l-istat tagħhom u jiffurmaw il-familji tagħhom . Min jista ’ jiżen il-ġid spiritwali u psikoloġiku mwettaq mal-familji , kemm dawk f ’ relazzjoni stabbli u kemm ma ’ dawk li kienu u għadhom għaddejjin minn mumenti diffiċli ? Min jista ’ jagħti prezz tal-kliem kollu mħabba u kompassjoni li l-Arċipriet Mercieca qasam malmorda u l-imġarrbin , mal-anzjani u dawk emarġinati , u ma ’ dawk kollha li matul tant snin fittxew il-pariri għaqlin tiegħu ?
Xi ngħidu mbagħad għall-prietki tiegħu , il-ħsibijiet profondi u attwali li jixhdu l-intelliġenza ta ’ dan ilbniedem kbir , imwassla fi kliem sempliċi li jiftiehem . Dan il-ġid flimkien ma ’ ġid ieħor , li l-moħħ tagħna lanqas biss jikkonċepixxi , jafu biss Alla l-imbierek u li tiegħu mhux biss għad jippremjah fil-ħajja li ġejja , iżda , ġa minn din il-ħajja stess , Alla ppremjah billi sawwab fuqu barkiet bla għadd , li għenuh imexxi lir-raħal tax-Xewkija għal 43 sena u sitt xhur . L-Arċipriet Mercieca spikka fl-organizzazzjoni pastorali sa mill-ewwel ġimgħat li beda jaħdem fir-raħal tagħna . Twaqqfu l-Presbyterium u l-Kunsill Parrokkjali , skont innormi tal-Konċilju Vatikan II , kif ukoll , il-Kumitati kollha fosthom : għat-Tagħlim Nisrani , għall-Promozzjoni Umana , għal-Liturġija , għall-familja u għall-għarajjes . Hu kien jemmen ħafna fil-korresponsabilita ’ ma ’ ħutu s-Sacerdoti u l-lajci kollha . Kien bniedem ta ’ inizjattivi pastorali skont kif jitolbu ż-żminijiet . Kellu sens kbir li jaqra s-sinjali tażżminijiet u jipproġetta pastorali rilevanti , organizzata u effettiva . Il-Ħidma pastorali tiegħu kienet immirata lejn il-kategoriji kollha , ta ’ kull stat u grad . Kulħadd kien inkluż . Kien kapaci jispira għall-azzjoni lil dawk kollha li jiġu f ’ kuntatt miegħu , saċerdoti u lajċi , u jimlihom blentużjażmu u b ’ sens kbir ta ’ inizjattiva , parteċipazzjoni , sens kbir ta ’ sagrifiċċju u perseveranza . Kellu sens kbir ta ’ umilta ’ u ottimiżmu , frott tal-ispiritwalità profonda li jgħix . Il-flus , l-unuri , il-ftaħir u l-pompożità , qatt m ’ għamlu bih , anzi kien jaħrabhom !
L-Arċipriet Mercieca kien iħobb ħafna l-Liturgija u għamel dak kollu possibbli biex iċ-ċelebrazzjonijiet reliġjuzi jkunu skont in-normi tal-Konċilju Vatikan II , jiġifieri , devoti , mifhuma , attraenti u parteċipanti . Il-Kor ‘ Vox Clamantis ’, li huwa xettel fl-ewwel ġimgħat tat-tmexxija tiegħu , bil-għajnuna ta ’ ħuh Dun Ġorġ , jixhed dan . Lill-Kor ‘ Vox Clamantis ’ l-Arċipriet baqa ’ dejjem isostnih u dejjem ra li t-talenti fi ħdanu ma jiġu qatt nieqsa . Illum , 43 sena wara , dan il-Kor għadu attiv u integrat ħaġa waħda malfunzjonijiet prinċipali ta ’ matul is-sena .
L-Għaqdiet reliġjuzi tar-raħal raw mill-Arċipriet Mercieca sostenn u appoġġ kontinwu . L-Oqsma tal-MUSEUM tas-Subien u tal-Bniet , l-Azzjoni Kattolika , il-Leġjun ta ’ Marija u l-Grupp taċ-Ċentru , kienu l-mimmi t ’ għajnejh . Kien dejjem ħerqan biex jassigura li dawn joffru l-aħjar formazzjoni nisranija soda , f ’ ambjenti moderni , li jilqgħuk u fornuti bl-aħjar mezzi awdjo-viżivi għat-Tagħlim u l-Formazzjoni Nisranija u Karatterjali . Kien dejjem isus wara t-tfal , l-adolexxenti u ż-żgħażagħ biex ma jittraskurawx fl-attendenza tagħhom f ’ dawn iċ-ċentri ta ’ formazzjoni u edukazzjoni nisranija . Ta ’ min isemmi li hu għen ħafna biex jinbnew żewg ċentri ġodda tal-M . U . S . E . U . M ., kemm għassubien kif ukoll għall-bniet .
Anke l-Għaqdiet socjo-kulturali kienu ħafna għal qalbu . Dak kollu li kien jolqot lill-Parroċċa kien jinteressah mill-qrib ! Il-Banda Prekursur kienet għal qalb ħafna tal-Arċipriet Mercieca . Meta l-ħin ippermettielu kont tarah , l-aktar kif tkun riesqa l-festa ta ’ San Ġwann , jattendi għall-kunċerti , jinteressa ruħu fit-tagħlim tal-aljievi u jwassal kelma ta ’ kuraġġ meta l-affarijiet ma jkunux sejrin kif ippjanati . Kien japprezza ħafna s-sehem kbir tal-Banda fil-Parroċċa u jfaħħar is-sagrifiċċji tal-Kumitat , tas-Surmast u tal-Bandisti . U għalhekk , kien iħeġġeġ lill-Parruċċani biex jgħinu moralment u anke finanzjarjament lill-Banda tar-Raħal .
It-tim tal-futbol tar-raħal , Xewkija Tigers , kien ukoll ħafna għal qalb l-Arċipriet Mercieca , jifraħ bir-riżultati pożittivi , jitnikket fid-diżappunti , imma , dejjem bi tbissima fuq wiċċu , b ’ xi ċajta addattata biex inaqqas mit-tensjoni u jwassal messaġġ pożittiv . Fir-Radju Prekursur kien jara l-leħen ta ’ Ġwanni , il-pulptu l-modern li jwassal il-messaġġ reliġjuż ‘ il bogħod , fost dawk emarġinati , il-morda u min idur bihom u l-emigranti mxerrda mad-dinja kollha .
Il-Kumitati kollha tal-Festa , tal-Armar , tan-Nar , u tal- Marċi Brijużi , kien jagħtihom l-attenzjoni u l-importanza li tixirqilhom , u jinkoraġġihom filwaqt li qatt ma jonqos li