57
Kristu Rxoxt , xogħol ta ’ Alfred Camilleri Cauchi . Din l-istatwa ħarġet proċessjonalment għall-ewwel darba fl-Għid il-Kbir filgħodu , 12 ta ’ April 2009 akkumpanjata mill-Banda Prekursur . Il-mastrudaxxa Żebbuġi , Bertu Mallia , irrestawra l-antiporta l-antika tal-knisja l-qadima tax-Xewkija u adattaha bħala niċċa għallistatwa tal-Irxoxt . Din in-niċċa tinsab fis-sagristija talistess knisja .
• F ’ Ġunju 2009 ġew inawgurati ż-żewġ loġġijiet l-oħra li nsibu fuq il-prospettivi tal-ġnub li juru l-Viżitazzjoni tal-Madonna lil Santa Eliżabetta u lil Ġwanni ma ’ Kristu u l-Profeti .
• Bejn is-17 ta ’ Awwissu 2009 u l-10 ta ’ Mejju 2010 inbidlu t-52 saljaturi tal-ġebel li konna nsibu mal-faċċata talknisja , xogħol li sar minn għadd ta ’ voluntiera Xewkin taħt is-superviżjoni tas-Sur Toni Grima . Saret ukoll skrizzjoni mnaqqxa mal-friż tal-faċċata , mill-iskultur , iben ix-Xewkija , Chris Camilleri , li taqra ‘ TEMPLUM SANCTO JOANNI BATTISTAE DICATUM ’ li tfisser “ Tempju ddedikat lil San Ġwann Battista ”.
• Fit-22 ta ’ Awwissu 2009 l-Arċipriet Mons Carmelo Mercieca bierek u fetaħ uffiċċjalment il-klabb il-ġdid tax-Xewkija Tigers fi pjazza San Ġwann Battista .
• Nhar it-23 ta ’ April 2010 , l-Arċipriet flimkien mal-kleru u l-poplu Xewki offra bukkett ward lill-inkwatru tal- Madonna ta ’ Pinu fi triqtu lura lejn is-santwarju tiegħu wara l-Pellegrinaġġ Djoċesan li ġie organizzat wara li l-Papa Benedittu XVI , irregala warda tad-deheb lillistess inkwatru .
• Fis-sena 2010 ukoll sar switch board ġdid tad-dawl tal-knisja Rotunda , sar l-ippavimentar fl-irħam għal din il-kamra u nfetaħ bieb għal ġewwa l-kor . Saru wkoll żewġ sopraporti fl-injam indurati bid-deheb , mill-artist Xewki Hubert Saliba biex jitwaħħlu waħda fuq il-bieb tal-kor u l-oħra faċċata tagħha . Dawn issopraporti saru fuq l-istess disinn taż-żewġ sopraporti li nħadmu snin qabel u li nsibu waħda fuq il-bieb tassagristija u l-oħra fuq il-bieb li jagħti għall-Mużew tal- Iskultura .
Ħidma bejn is-snin 2011 u 2015 : Fl-aħħar ħames snin tal-Arċipriet Mercieca komplejna naraw u nassistu għal aktar proġetti ta ’ tisbiħ fil-knisja Rotunda . Mons Carmelo Mercieca , li issa kien qiegħed joqrob is-sebgħin sena , mhux talli ma naqqasx mill-ħidma tiegħu iżda rnexxielu jżomm l-istess karatteristiċi , l-istess enerġija u entużjażmu li konna nafuh bihom fi snin aktar bikrija . Fost il-proġetti u l-inizjattivi meħuda fl-aħħar ħames snin insibu :
• Fis-sena 2011 iżżanżnu żewġ gredenzini tal-irħam xogħol il-marmista Ronald Pisani .
• Fis-sena 2011 ukoll , il-Kavallier Pawlu Camilleri Cauchi temm ix-xogħol kollu ta ’ pittura għall-knisja Rotunda bl-eżekuzzjoni tal-erba ’ Evanġelisti , li jinsabu , tnejn fuq il-bieb li jagħti għall-Mużew tal-Iskultura u t-tnejn l-oħra fuq il-bieb tas-Sagristija .
• Fl-istess sena sar ir-restawr ta ’ żewġ inkwatri , tat-Titular u tal-Kunċizzjoni , li nsibu fil-Mużew tal-Iskultura , mill- Istudio Art Centers International ta ’ Firenze .
• Fl-2012 saru l-ġinokjaturi għal quddiem il-bankijiet tal-knisja u tlesta l-basement taħt il-kappella fl-inħawi ta ’ Ġokk .
• Fid-19 ta ’ April 2012 reġa ’ tħaddem mill-ġdid l-arloġġ antik li kien jinsab fil-knisja l-qadima . Dan l-arloġġ kien sar fis-sena 1872 mill-magħruf arluġġar Malti Mikielanġ Sapiano . Għal din il-biċċa xogħol offra ruħu s-sur Pullu Xerri mix-Xewkija , li għalkemm mhux arluġġar , iżda bit-talenti mhux komuni fl-inġinerija u fil-mekkanika rnexxielu mhux biss jirrestawra u jħaddem mill-ġdid l-arloġġ iżda wkoll jimmodifikah u jġibu jħaddem erba ’ uċuh . Ta ’ min jgħid ukoll , li s-Sur Xerri rnexxielu wkoll jinkorpora mal-arloġġ żewġ qniepen milli kienu ġew restawrati fis-sena 2006 , biex b ’ hekk l-arloġġ , mhux biss jimmarka l-ħin iżda wkoll isemma ’ leħnu kull kwarta erbgħa u għoxrin siegħa kuljum is-sena kollha .
• Fl-2013 sar restawr tal-istatwa ta ’ San Ġwann Battista li nħadmet minn Wistin Camilleri fis-sena 1912 minn Hubert Saliba u Keith Hili , kif ukoll saret induratura tad-deheb minn Donald Camilleri . Hubert Saliba ħadem ukoll fl-istess żmien pedistall ġdid għall-istatwa ta ’ San Ġwann iż-żgħir li tintuża fil-marċ tal-Ħamis ta ’ qabel il-festa .
• Fis-17 ta ’ Ġunju 2013 , l-Arċipriet bierek u inawgura ir-restawr li sar fuq l-Ark Trijonfali tal-pjazza , f ’ għeluq il-mitt sena anniversarju minn meta nħadem għall-24 Kungress Ewkaristiku Internazzjonali li sar f ’ Malta fl- 1913 .
• Il-Ħadd 22 ta ’ Ġunju 2014 , jum il-festa ta ’ San Ġwann , għall-ħabta tas-sitta ta ’ filgħodu , l-Arċipriet sab tistennieh sorpriża kbira li tant ferrħitu . Il-membri tal- Kumitat Żgħażagħ Xewkin , wara lejl ta ’ ħidma bla heda , irnexxielhom iwaqqfu fil-pjazza tax-Xewkija , l-akbar umbrellun li qatt sar għal xi festa titulari fil-gżejjer Maltin . Mons Carmelo Mercieca , ħa l-inizjattiva li jinżel ikellem liż-żgħażagħ u offra minn qalbu li jberkilhom dan il-proġett uniku li saħansitra ġibed l-attenzjoni talmidja lokali u li sebbaħ mhux ftit il-festa ta ’ dik is-sena u l-festi li segwew .
• Fit-12 ta ’ Gunju 2015 l-Arċipriet Mons Carmelo Mercieca bierek u inawgura sistema ġdida tad-dawl fuq barra , għall-knisja Rotunda tax-Xewkija , biex hekk mhux biss tidher is-sbuħija tal-knisja matul il-jum iżda anke wara nżul ix-xemx .
• Fil-festa tas-sena 2015 ukoll , l-Arċipriet Mons Mercieca , kleru u poplu tax-Xewkija , laqgħu b ’ ferħ kbir ir-Relikwa ta ’ Id San Ġwann Battista meqjuma b ’ devozzjoni kbira fil-Katidral ta ’ Ragusa fi Sqallija .
L-Aħħar Opra Grandjuża : Fis-sena 2014 l-Arċipriet Mons . Carmelo Mercieca kien qiegħed jiċċelebra l-50 Sena mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu , u fejn sacerdoti oħra jkunu naqqsu ħafna millattività tagħhom , Mons Arċipriet Mercieca jmur iħabbar proġett ieħor grandjuż – “ Pipe Organ ” ġdid għar-Rotunda . Kien is-Sibt 16 t ’ Awwissu 2014 , meta l-Arċipriet Mercieca u r-rappreżentant ta ’ Michael Farley Organ Builders , is-Sur Noel Gallo , fil-preżenza ta ’ Dun Ġorġ Mercieca u l-Avukat Dott . Kevin Mompalao , iffirmaw il-kuntratt għax-xiri tal-