56
• Fid-19 ta ’ Diċembru tas-sena 2003 inbeda l-aħħar proġett f ’ dak li għandu x ’ jaqsam mal-kostruzzjoni tar-Rotunda , il-koppla ta ’ quddiem . It-tanbur ta ’ din il-koppla kien inbeda mill-bennej Ġużepp Vella meta kienet qiegħda tinbena il-knisja però kellu jkun ibnu , is-sur Raymond Vella li jwassal dan ix-xogħol sat-tmiem .
• Fis-sena 2004 , l-Arċipriet Mercieca bierek u inawgura statwa ġdida ta ’ San Ġwann , maħduma minn Michael Camilleri Cauchi għall-inħawi tal-Ġibjun .
• Għall-festa tas-sena 2004 ġie mżanżan l-ewwel trofew minn sett ta ’ sitta għall-pjazza . Twaħħlu wkoll malfaċċata tal-knisja Rotunda żewġ plakek tal-irħam waħda bil-Magnificat u l-oħra bil-Benedictus .
• Fis-sena 2004 ukoll saret l-installazjoni ta ’ sistema ġdida tas-sound għall-knisja Rotunda bl-aħħar teknoloġija minn Mr Albert Van der Houf ta ’ Haccusto International , sistema li swiet LM 9,800 .
• Fit-22 ta ’ Ottubru 2004 sar il-Kungress Universali tas- Saċerdoti fil-Knisja Rotunda tax-Xewkija .
• Fis-27 ta ’ Novembru 2004 , l-Arċipriet Mons Carmelo Mercieca ġie mogħti “ Ġieħ ix-Xewkija ”, mis-Sindku l-Av . Monica Vella , l-ogħla unur li wieħed jista ’ jkun mogħti minn komunità , bħala rikonoxximent għall-ħidma ma taqta ’ xejn tiegħu .
• Fis-sena 2005 l-Arċipriet Mercieca bierek u inawgura statwa oħra ġdida ta ’ San Ġwann Battista maħduma mill-artist Xewki , Hubert Saliba għal ħutna emigranti f ’ Sydney .
• Fis-6 ta ’ Awwissu 2005 ( Festa tat-Trasfigurazzjoni tal- Mulej ) sar il-kuntratt għal tliet qniepen ġodda mid-ditta Ingliża Taylor and Bellfounders u r-restawr tal-erba ’ qniepen eżistenti fil-preżenza tal-Arċipriet Mercieca , Dun Ġorġ Mercieca u l-Avukat Dott . Kevin Mompalao . Minnufih beda l-ġbir għal dan il-proġett .
• Fis-26 ta ’ Diċembru 2005 l-erba ’ qniepen tniżżlu minn fuq il-kampnar mis-Sur Paul Attard u George Vella , taħt is-superviżjoni tas-Sur Toni Grima biex jittieħdu għar-restawr f ’ Raħal Ġdid . Ix-xogħol fuqhom u fuq l-ilsna ġodda għalihom sar mis-Sur Peter Boulter taħt is-superviżjoni tal-inġinier Frans Psaila .
• Fil-21 ta ’ Jannar 2006 lejliet il-konsagrazzjoni ta ’ Mons Isqof Mario Grech saret velja ta ’ talb fil-knisja Rotunda fejn l-istess Isqof , imdawwar b ’ Għawdex kollu , ġie mogħti l-insinji Episkopali li jikkonsistu fiċ-Ċurkett , il-Mitra u l-Baklu .
• Ġurnata oħra storika għall-knisja Rotunda tax-Xewkija kienet il-lejla tas-7 ta ’ Ġunju 2006 meta x-Xewkin laqgħu b ’ ferħ kbir is-sett ta ’ tliet qniepen ġodda maħduma mid-ditta Ingliża Taylor and Bellfounders . Tlett ijiem wara , f ’ ċerimonja mill-isbaħ fil-pjazza ewlenija , sar it-tberik tal-qniepen il-ġodda u ta ’ erba ’ qniepen oħra li ġew restawrati , liema ċerimonja kienet immexxija mill-Eċċ . tiegħu Mons Mario Grech , Isqof ta ’ Għawdex . F ’ din l-istess ċerimonja ġiet imbierka wkoll statwa ġdida ta ’ San Ġwann Battista maħduma fil-ġebla Maltija , mis-Sur Anġlu Agius , għal fuq il-frontispizju tal-faċċata tal-knisja .
• Fl-20 ta ’ Ġunju 2006 , fl-okkażjoni tal-10 anniversarju mit-twaqqif tal-Kumitat Żgħażagħ Xewkin , l-Arċipriet
Mons Carmelo Mercieca bierek u inawgura statwa ġdida ta ’ San Ġwann , maħduma fil-ġebla Maltija mid-ditta Agius ta ’ Malta għall-pjazzetta fl-inħawi tal- Ħamrija .
• Fl-2006 wkoll iżżanżnu erba ’ bukketti tal-ganutell għal mal-pedestall tal-istatwa titulari ta ’ San Ġwann Battista .
• F ’ Lulju 2006 , bl-għajnuna ta ’ għadd ta ’ voluntiera Xewkin , taħt is-superviżjoni tas-Sur Toni Grima u s-Sur Raymond Vella , is-seba ’ qniepen ġew imtella ’ fil-kampnar . Ta ’ min hawnhekk iżid li l-inġinier Frans Psaila b ’ kollaborazzjoni mal-periti Alex Torpiano u Karl Farrugia ddisinjaw struttura kbira ta ’ travi tal-ħadid li kellha żżomm fiha s-seba ’ qniepen mingħajr ma titfa ’ xi ċaqliq orizzontali fuq l-istruttura tal-kampnar waqt id-daqq .
• Fis-16 ta ’ Jannar 2007 ġiet imqiegħda l-aħħar ġebla li kellha ttemm ix-xogħol tal-bini fuq il-koppla ta ’ quddiem .
• Fid-9 ta ’ Ġunju 2007 ġiet inawgurata il-koppla ta ’ quddiem mill-Isqof ta ’ Għawdex Mons . Mario Grech . L-għoli ta ’ din il-koppla huwa ta ’ 88 pied ( 27 metru ), filwaqt li d-dijametru tagħha huwa ta ’ 33 pied ( 10 metri ) minn ġewwa u 36 pied ( 11 – il metru ) minn barra . Il-koppla ġiet imkaħħla minn diversi voluntiera Xewkin taħt is-superviżjoni tas-Sur Ġużepp Pace , wieħed mill-kaħħala ewlenin tal-knisja Rotunda . Wara li l-Isqof bierek is-Salib għal fuq l-istess koppla , hu qagħad jassisti għat-tlugħ tiegħu sa fuq il-lanterna tagħha . Is-salib ta ’ din il-koppla nħadem millmastrudaxxa Xewki s-Sur Ġanni zammit , il-qisien tiegħu huma ta ’ 6 piedi ( 1.8 metri ) tul u 4.5 piedi ( 1.4 metri ) wiesa ’ u jiżen 62 kilogrammi . Fatt interessanti li jirrigwarda dan is-salib huwa , li l-mastrudaxxa ħadem dan ix-xogħol minn travu tal-injam , li kien merfugħ fuq il-bejt tal-knisja u li fis-snin sittin u sebgħin kien intuża fl-armar waqt il-bini tar-Rotunda .
• Fl-2007 wkoll saret raġġiera ġdida bl-Ispirtu s-Santu għall-istatwa tad-dimostrazzjoni liema statwa kienet irrestawrata fis-sena 2003 .
• Fit-12 u 13 ta ’ Ġunju 2007 ittella ’ l-musical “ Ġrajjietna ” fuq inizjattiva tas-Sur Frans Galea , direttur ta ’ Radju Prekursur , fl-okkażjoni tal-10 snin anniversarju mittwaqqif ta ’ l-istess stazzjoni . Dan il-musical , kitba ta ’ Mario Borg u mużika ta ’ Ivan Farruġia , b ’ direzzjoni ta ’ Monica Farrugia u Maria Mercieca ( Stage Managament Teddy Mizzi u Tony zerafa ) kien ta ’ sorpriża kbira għall- Mons Carmelo Mercieca li ddeskrivih bħala l-aktar biċċa xogħol drammatika kbira li qatt ittellgħet fix- Xewkija .
• F ’ Gunju 2008 ġie inawgurat il-loġġ tal-istained glass għal fuq il-gallerija tal-orgni , li juri il-Glorja tal-Battista , disinn ta ’ Pawlu Camilleri Cauchi u xogħol tad-ditta Taljana Domus Dei ta ’ Ruma .
• Fl-2009 ġiet imwaqqfa uffiċjalment l- “ Għaqda Dilettanti tan-Nar San Ġwann Battista ” biex jiġi organizzat aħjar ix-xogħol pirotekniku ta ’ matul ilfesta .
• Fis-sena 2009 ilqajna fix-Xewkija l-istatwa ġdida ta ’