,
i
i
,
i inkluż . Kien kapaci jispira għall-azzjoni lil dawk kollha li jiġu f ’ kuntatt miegħu , saċerdoti u lajċi , u jimlihom blentużjażmu u b ’ sens kbir ta ’ inizjattiva , parteċipazzjoni , sens kbir ta ’ sagrifiċċju u perseveranza . Kellu sens kbir ta ’ umilta ’ u ottimiżmu , frott tal-ispiritwalità profonda li jgħix . Il-flus , l-unuri , il-ftaħir u l-pompożità , qatt m ’ għamlu bih , anzi kien jaħrabhom !
L-Arċipriet Mercieca kien iħobb ħafna l-Liturgija u għamel dak kollu possibbli biex iċ-ċelebrazzjonijiet reliġjuzi jkunu skont in-normi tal-Konċilju Vatikan II , jiġifieri , devoti , mifhuma , attraenti u parteċipanti . Il-Kor ‘ Vox Clamantis ’, li huwa xettel fl-ewwel ġimgħat tat-tmexxija tiegħu , bil-għajnuna ta ’ ħuh Dun Ġorġ , jixhed dan . Lill-Kor ‘ Vox Clamantis ’ l-Arċipriet baqa ’ dejjem isostnih u dejjem ra li t-talenti fi ħdanu ma jiġu qatt nieqsa . Illum , 43 sena wara , dan il-Kor għadu attiv u integrat ħaġa waħda malfunzjonijiet prinċipali ta ’ matul is-sena .
L-Għaqdiet reliġjuzi tar-raħal raw mill-Arċipriet Mercieca sostenn u appoġġ kontinwu . L-Oqsma tal-MUSEUM tas-Subien u tal-Bniet , l-Azzjoni Kattolika , il-Leġjun ta ’ Marija u l-Grupp taċ-Ċentru , kienu l-mimmi t ’ għajnejh . Kien dejjem ħerqan biex jassigura li dawn joffru l-aħjar formazzjoni nisranija soda , f ’ ambjenti moderni , li jilqgħuk u fornuti bl-aħjar mezzi awdjo-viżivi għat-Tagħlim u l-Formazzjoni Nisranija u Karatterjali . Kien dejjem isus wara t-tfal , l-adolexxenti u ż-żgħażagħ biex ma jittraskurawx fl-attendenza tagħhom f ’ dawn iċ-ċentri ta ’ formazzjoni u edukazzjoni nisranija . Ta ’ min isemmi li hu għen ħafna biex jinbnew żewg ċentri ġodda tal-M . U . S . E . U . M ., kemm għassubien kif ukoll għall-bniet .
Anke l-Għaqdiet socjo-kulturali kienu ħafna għal qalbu . Dak kollu li kien jolqot lill-Parroċċa kien jinteressah mill-qrib ! Il-Banda Prekursur kienet għal qalb ħafna tal-Arċipriet Mercieca . Meta l-ħin ippermettielu kont tarah , l-aktar kif tkun riesqa l-festa ta ’ San Ġwann , jattendi għall-kunċerti , jinteressa ruħu fit-tagħlim tal-aljievi u jwassal kelma ta ’ kuraġġ meta l-affarijiet ma jkunux sejrin kif ippjanati . Kien japprezza ħafna s-sehem kbir tal-Banda fil-Parroċċa u jfaħħar is-sagrifiċċji tal-Kumitat , tas-Surmast u tal-Bandisti . U għalhekk , kien iħeġġeġ lill-Parruċċani biex jgħinu moralment u anke finanzjarjament lill-Banda tar-Raħal .
. i .
, i
It-tim tal-futbol tar-raħal , Xewkija Tigers , kien ukoll ħafna għal qalb l-Arċipriet Mercieca , jifraħ bir-riżultati pożittivi , jitnikket fid-diżappunti , imma , dejjem bi tbissima fuq wiċċu , b ’ xi ċajta addattata biex inaqqas mit-tensjoni u jwassal messaġġ pożittiv . Fir-Radju Prekursur kien jara l-leħen ta ’ Ġwanni , il-pulptu l-modern li jwassal il-messaġġ reliġjuż ‘ il bogħod , fost dawk emarġinati , il-morda u min idur bihom u l-emigranti mxerrda mad-dinja kollha .
Il-Kumitati kollha tal-Festa , tal-Armar , tan-Nar , u tal- Marċi Brijużi , kien jagħtihom l-attenzjoni u l-importanza li tixirqilhom , u jinkoraġġihom filwaqt li qatt ma jonqos li