Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Seite 55

53
Fl-1978 il-Kav . Pawlu Camilleri Cauchi lesta għall-knisja Rotunda tax-Xewkija l-ewwel żewġ inkwatri li juru lil Ġwanni jistqarr lil Kristu bħala l-Ħaruf t ’ Alla , u l-oħra li turi l-Magħmudija ta ’ Kristu minn Ġwanni . Fis-sena ta ’ wara tlestew l-inkwatri tat-Twelid tal-Battista u Ġwanni qed iċanfar lil Erodi u żżanżan ukoll id-damask għal mal-kolonni u l-friżijiet tal-prospettivi . Fis-sena 1980 Camilleri Cauchi lesta l-aħħar żewġ inkwatri , dak tat-tħabbira tal-Arkanġlu Gabriel lil Żakkarija u dak tal-Martirju tal-Battista .
Il-proġett l-ieħor , li kien it-tqegħid tal-pavimentar tal-art , inbeda fis-17 ta ’ Novembru 1980 . Id-disinn ta ’ dan ix-xogħol kien afdat mill-ġdid f ’ idejn ir-Rabti s-Sur Ġużè Galea u d-ditta A . F . Ellis tar-Rabat Għawdex reġgħet ġiet inkarigata bit-tqegħid tiegħu .
Ħidma fis-snin Tmenin L-ewwel proġett kbir li ġie inawgurat fis-snin tmenin , kien il-ftuħ uffiċjali u t-tberik taċ-Ċentru Parrokjali fit-2 ta ’ Mejju 1980 , proġett li skont l-Arċipriet Mercieca mhux biss kien bżonnjuż iżda kellu jkun il-power station tar-raħal tax-Xewkija .
Fost aktar inizjattivi li ttieħdu f ’ dan id-deċennju nsibu :
• L-ewwel operetta , Fior di Loto ( 1980 ) taħt it-tmexxija tas-Surmast Ġużeppi Farruġia , xi ħaġa ġdida għarraħal tagħna u li tant ħadem għas-suċċess tagħha l-Arċipriet Mercieca . Ta ’ min jgħid li dawn l-operetti baqgħu jittellgħu kull sena sal-1989 , għaxar operetti b ’ kollox biex imbagħad fis-sena 1990 reġgħet ittellgħet l-ewwel operetta , Fior Di Loto , li ġabet fit-tmiem din l-era teatrali li ġibdet eluf kbar ta ’ Għawdxin kif ukoll Maltin lejn ir-raħal tagħna tax-Xewkija .
• Fil-bidu tas-Sena 1980 twaqqfet uffiċjalment l- “ Australian Xewkija Association ” ta ’ Melbourne .
• Fit-22 ta ’ Ġunju 1982 ġie inawgurat il-pavimentar tal-art tar-Rotunda , mill-Isqof Mons . Nikol Ġużeppi Cauchi , biex b ’ hekk ġiet kompluta waħda mill-akbar opri li saru fir-Rotunda .
• Fl-1983 inħadmet antiporta tal-aluminjum għall-bieb tan-naħa tal-Punent tal-Knisja .
• Fl-1983 ukoll iżżanżnu l-bradelli ġodda tal-parana u kawba għall-vari tal-Ġimgħa l-kbira u ġie irrestawrat il-bieb il-kbir minn għadd ta ’ voluntiera Xewkin .
• Fit-18 ta ’ Marzu 1984 ġiet imbierka statwa ġdida ta ’ San Ġwann Battista , xogħol Michael Camilleri Cauch , biex tintbagħat lil emigranti Xewkin ta ’ Melbourne .
• Fl-1984 twaqqfet is- “ Sydney Australian Association ”.
• Fl-1984 ukoll sar xogħol kbir ta ’ manutenzjoni fiċċimiterju tax-Xewkija u tlestiet l-antiporta l-oħra tannaħa tal-Lvant . F ’ din is-sena wkoll iżżanżnu erba ’ brazzi għal fuq kull bankun tal-vari tal-Ġimgħa l-Kbira , fans ġodda għall-knisja Rotunda u sett trieħi b ’ gallun ġdid għal fuq l-altar maġġur għal waqt il-festi prinċipali .
• 1985 : Saret vara ġdida tar-Redentur , xogħol Alfred Camilleri Cauchi , biex tieħu post dik tar-Redentur li kien ħadem missieru , Agostino Camilleri , fis-sena 1922 .
• Bejn is-snin 1985 u 1986 inħadmu fl-injam ilkonfessjonarji ta ’ taħt il-prospettivi tan-nofs millmastrudaxxa Karmnu Portelli mill-Qala Għawdex .
• Fl-1986 , fuq disinn ta ’ Ġużè Galea , inħadem fl-irħam , ambone għal fuq il-presbiterju . Tlestew ukoll ilpedestalli tal-irħam ta ’ ħdejn in-niċċa ta ’ San Ġwann , li fuqhom qed jistrieħu żewġ monumenti , mezzo busti , tal-Arċipriet Dun Ġużepp Grech u tal-Perit Ġuże D ’ Amato . Il-monumenti nħadmu mill-istatwarju Alfred Camilleri Cauchi fl-istess sena .
• Fil-bidu tal-1987 , l-Arċipriet Mercieca għamel sejħa oħra għall-ġenerożità tal-poplu Xewki biex fl-iqsar żmien possibli jagħtu bidu u jtemmu l-bini ta ’ kampnar fuq in-naħa tal-Lvant tal-Knisja . L-ewwel ġebla tbierket u tqiegħdet mill-Isqof Cauchi fil-15 ta ’ Ġunju 1987 . Il-bini tal-kampnar kien afdat f ’ idejn il-bennej is-Sur Toni Axiaq taħt is-superviżjoni tal-perit Alex Torpiano . Il-pjanta tal-kampnar hija tal-arkitett Ġużè D ’ Amato .
• Fl-1988 saru sett ta ’ bandalori ġodda b ’ messaġġ bibbliku u kateketiku għal mal-kolonni tal-knisja .
• F ’ Ġunju 1989 ġie mżanżan l-ewwel sett ta ’ pavaljuni tad-dawl , għal Triq il-Knisja . Fis-snin ta ’ wara , it-toroq kollha prinċipali tar-raħal tax-Xewkija ġew imżejna kollha b ’ pavaljuni simili .
Ħidma fis-snin Disgħin : Fis-snin disgħin l-Arċipriet Mons . Carmelo Mercieca , kompla għaddej bil-ħidma tiegħu favur it-tisbiħ tal-knisja Rotunda tax-Xewkija u b ’ attivitajiet u inizjattivi oħra immirati għallġid u t-tisbiħ ta ’ dan ir-raħal .
• Fis-sena 1990 , ġew inawgurati Sedja għaċ-ċelebrant u żewġ banketti għall-ministri , liema xogħol ġie maħdum mill-marmista Ronald Pisani .
• Inxtara “ electric organ ” ġdid għall-knisja Rotunda .
• Fl-1991 ġie inawgurat il-kampnar , li l-għoli tiegħu , ilaħħaq il-180 pied ( 55 metru ) u li ġie mbierek mill-istess isqof li rah jinbeda , Mons Isqof Cauchi , fil-preżenza tal- Arċipriet Mercieca , kleru u poplu .
• Nhar id-19 ta ’ Jannar 1992 sar it-tberik tal-ewwel ġebla tal-Qasam tal-Museum tal-Bniet .
• Fid-27 ta ’ Awwissu 1992 inbeda x-xogħol fuq it-tieni sular tal-Qasam tal-Museum tas-subien bit-tħabrik tas-Superjur Bennie Mercieca u s-Soċji sħabu . Il-ftuħ u t-tberik tat-tieni sular tal-Museum tas-Subien sar is-Sibt , 25 ta ’ Settembru , 1993 , mill-Isqof Mons Nikol G . Cauchi .
• Fl-1993 il-Banda Prekursur żanżnet sett qniepen ( chimes ) biex jindaqqu fl-Innu l-Kbir waqt il-ħruġ ta ’ San Ġwann mill-knisja .
• Fl-10 ta ’ Ġunju 1994 sar it-tberik tal-parti l-ġdida taċ- Ċimiterju .
• Fit-22 ta ’ Ġunju żżanżnet l-ewwel fażi tal-planċier il-ġdid li kienet tikkonsisti f ’ qafas tal-ħadid forma ta ’ nagħla , disinn tas-Sur Joe Sagona u xogħol tas-Sur Toni Grima .
• Bejn l-1994-1995 saru erba ’ niċeċ tal-kawba , millmastrudaxxa Xewki Ġanni zammit , għall-istatwi ta ’ Sant Antnin , Sant Elija , il-Madonna tal-Karmnu u Sant Indrija . Fl-istess snin , l-istess mastrudaxxa rrestawra l-gwarniċi tal-Via Sagra , filwaqt li l-pittura ġiet irrestawrata mis-Sur Manuel zammit . Il-gwarniċi ġew indurati wkoll bid-deheb xogħol imwettaq mill-