52
tal-knisja l-qadima , inbeda minnufih ix-xogħol tal-invellar u l-għoti tal-konkos tal-art kollha tar-Rotunda . B ’ dan ixxogħol komplut , il-knisja , għalkemm ’ il bogħod mis-sbuħija u l-glorja ta ’ kif nafuha llum , ġiet uffiċjalment iddikjarata miftuħa u ġiet imbierka fil-15 ta ’ Ġunju 1973 mill-Isqof Cauchi .
Minn l-ewwel jiem wara l-pussess tiegħu , Mercieca kien ġa seraq il-qlub ta ’ bosta żgħażagħ li ngħaqdu warajh għal dak kollu mitlub minnhom biex flimkien jaħdmu sabiex iġibu ’ l quddiem l-isem tar-raħal tax-Xewkija . Dan il-moviment wassal biex fl-1972 jiġi ffurmat , dak li maż-żmien kellu jkun magħruf bħala l- “ Grupp Żgħażagħ taċ-Ċentru ”. Sa Ġunju talistess sena kien ġie ffurmat ukoll il- “ Kor Vox Clamantis ”, taħt id-direzjoni ta ’ Dun Ġorġ Mercieca , magħmul minn għadd ta ’ xebbiet u ġuvintur . F ’ dak iż-żmien ukoll , nibtet l- “ Għaqda Drammatika Xewkija ” li sallum għadha mpenjata f ’ xogħlijiet teatrali fir-raħal tax-Xewkija . Fi Frar 1973 , dehret l-ewwel ħarġa tal-pubblikazzjoni “ Gourgion ”, rivista b ’ informazzjoni ġenerali , tagħrif interessanti , aħbarijiet , attwalità u kronaka tal-parroċċa , li wkoll għada sallum tiġi ppubblikata . F ’ Marzu tas-sena 1973 , il-purċissjoni tad-Duluri saret għall-ewwel darba forma ta ’ pageant fejn ħadu sehem madwar tliet mitt attur , tfal , żgħażagħ u adulti , lebsin kostumi Bibliċi . Din il-purċissjoni pageant , baqgħet kull sena dejjem tikber u żżid fil-popolarità tagħha u dan grazzi għat-tħabrik ma jaqta ’ xejn tal-Arċipriet Mercieca , li tagħha huwa l-fundatur .
L-Arċipriet Mercieca , żamm mal-wegħda tal-programm tal-pussess tiegħu u ta prijorità u importanza xierqa littagħlim u t-tixrid tiegħu fil-parroċċa . Prinċipju fundamentali li ħaddan l-Arċipriet hu , li biex tattira u torganizza aħjar ittagħlim , huwa meħtieġ li jkollok l-infrastruttura adattata , moderna u li tilqgħek . Dan wassal għall-bidu ta ’ żewġ proġetti kbar li l-poplu tax-Xewkija , mehdi kif kien bil-bini u d-dekorazzjoni tar-Rotunda , mhux biss ma kienx ħolom bihom , iżda lanqas biss kien jemmen li huma possibbli ; Qasam ġdid tal-MUSEUM għas-Subien u l-bini ta ’ Ċentru Parrokjali ġdid fil-pjazza ewlenija tar-raħal . L-ewwel ġebla tal-MUSEUM tas-subien ġiet imqIegħda fil-5 ta ’ Mejju 1974 mill-Isqof Nikol Cauchi , filwaqt li fis-16 ta ’ Lulju 1975 tqIegħdet l-ewwel ġebla tal-kappella tal-istess Qasam minn Dun Ġużepp Camilleri . Fis-26 ta ’ Mejju tal-1977 inbeda x-xogħol fuq l-ippjantar taċ-Ċentru Parrokjali minn għadd ta ’ voluntiera Xewkin , fuq pjanta tal-perit Joe Dimech li esegwixxa dan ix-xogħol , biex il-faċċata taċ-Ċentru tikkumplimenta arkitettonikament lill-knisja Rotunda .
Ħidma bejn is-snin 1974 u 1978 Taħt it-tmexxija għaqlija tal-Arċipriet Mercieca , u bi spirtu qawwi ta ’ volontarjat , bejn is-snin 1974-1978 , il-poplu Xewki ta bidu għal aktar proġetti kbar u ambizzjużi , peress li f ’ Ġunju tal-1978 , ir-raħal kien se jiċċelebra it-300 sena minn meta l-Isqof Ġirolamo Molina waqqaf lix-Xewkija bħala l-ewwel parroċċa ’ l barra mir-Rabat fl-1678 . Ilproġetti li nbdew u li kienu konklużi kienu ; il-bini ta ’ sala kbira fuq is-sagristija , il-bieb il-kbir tar-Rotunda , ix-xiri ta ’ bankijiet ġodda għall-knisja , l-altar mejda , il-kisi bl-irħam tal-presbiterju , il-bini tal-prospettiva tal-kor , sitt prospettivi għall-ġnub , portiku msaqqaf b ’ gallerija u żewġ prospettivi , kull waħda b ’ żewġ niċeċ fuq xulxin , għal ħdejn il-bieb il-kbir tal-knisja . Ix-xogħol kollu tal-bini tal-prospettivi sar millbennej Leli Saliba mill-Għarb Għawdex filwaqt li l-iskultura kollha tal-gallerija tal-orgni u tal-prospettiva tal-kor huma xogħol l-iskulturi Xewkin Toni u ibnu Kristinu Camilleri . Fit-18 ta ’ Ġunju 1974 , ġie inawgurat il-bieb il-kbir maħdum fl-injam teak mis-Sur Salvu Tabone mix-Xewkija , fuq disinn tas-Sur Toni Saliba , mir-Rabat Għawdex .
L-altar mejda , li wasal fit-2 t ’ Awwissu 1975 , inħadem mid-ditta Romeo Ceccotti u ġie mbierek mill-Isqof Nikol Ġużeppi Cauchi fid-29 t ’ Awwissu 1975 . It-tqegħid tal-irħam tal-presbiterju kien afdat lid-ditta rinomata lokali A . F . Ellis tar-Rabat Għawdex , xogħol li nbeda fit-2 ta ’ Mejju 1976 . F ’ dan iż-żmien ukoll saret l-istallazzjoni kollha tal-elettriku fuq pjanta tal-magħruf inġinier Albert Camilleri , xogħol li kien esegwit mill-kumpanija ta ’ Joseph Hili mix-Xewkija .
Xogħol ieħor li kien għaddej f ’ dan iż-żmien kien il-bini taz-zuntier ta ’ quddiem il-knisja u t-tqegħid tal-madum tiegħu , liema xogħol ukoll meddew idejhom għalih għadd ta ’ voluntiera Xewkin . Min jista ’ jfisser il-ferħ tal-poplu Xewki , magħqud wara r-ragħaj spiritwali tiegħu Dun Karm Mercieca , hekk kif raw il-knisja Rotunda , tiġi kkonsagrata fis-17 ta ’ Ġunju 1978 mill-Isqof Nikol Cauchi !
Ta ’ min isemmi li bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet treċentinarji tal-Parroċċa tax-Xewkija , ġie mbierek u miftuħ uffiċjalment il-Qasam ġdid tal-MUSEUM tas-Subien , fit-18 ta ’ Ġunju , 1978 , mill-Isqof Nikol G . Cauchi fil-preżenza tal- Arċipriet u l-Kleru , is-Superjur Bennie Mercieca u s-soċji sħabu flimkien mal-poplu tax-Xewkija .
F ’ din iċ-ċirkostanza , b ’ digriet tal-istess Isqof , il-Knisja Rotunda ġiet mgħollija għad-dinjità ta ’ Santwarju Djoċesan u sede Spiritwali tal-Ordni Sovran tal-Kavallieri ta ’ San Ġwann , kif ukoll , fost il-ferħ tax-Xewkin kollha , l-Arċipriet Carmelo Mercieca ġie maħtur Monsinjur Onorarju tal- Katidral b ’ effett mis-16 ta ’ Ġunju 1978 . Biex imexxi dawn il-festi solenni , fl-24 ta ’ Ġunju tas-sena 1978 , Mons Carmelo Mercieca flimkien mal-kleru laqgħu lill-Kardinal Silvio Oddi fost il-ferħ tal-poplu kollu tax-Xewkija .
Konsagrazzjoni ta ’ Knisja titlob tnax-il salib , u l-kleru kien qabel mad-deċiżjoni tal-Arċipriet li jintużaw l-istess slaleb tal-knisja l-qadima , li kienu maħduma tondi fl-alabastru . Biex jiġu jixirqu aktar mal-istil tal-knisja Rotunda kien tqabbad is-Sur Ġużè Galea biex joħloq disinn li jelabora aktar dawn is-slaleb . Is-Sur Galea għamel disinn ta ’ salib bi tmien ponot , liema xogħol ġie esegwit fil-bronż mid-ditta Stefan Sibillo .
Ħidma fis-snin 1978-1980 Wara l-festi treċentinarji , l-Arċipriet Mercieca tefa ’ ħarstu fuq proġetti oħra kbar u li kienu jirrikjedu l-ġenerożità tal-poplu Xewki fil-massimu tagħha : sitt pitturi ta ’ daqs kbir fl-ispazji tal-prospettivi u l-pavimentar tal-knisja .