Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 53

51
B ’ ringrazzjament u b ’ apprezzament :

L-Arċipriet Mons . Carmelo Mercieca “ Missier ix-Xewkija Moderna ” ( 1972-2015 )

Mario Borg
Dun Karm Mercieca twieled fil-25 ta ’ Settembru 1941 , fix-Xewkija Għawdex minn Marċell Mercieca u Tereżina mwielda Xuereb . Għammdu zijuh , Mons Carmelo Xuereb , fil-knisja Arċipretali tax-Xewkija u kien mogħti l-ismijiet ta ’ Karmenu , Ġużeppi u Anton .
Wara li ħa l-edukazzjoni primarja fl-iskola tax-Xewkija , hu ssokta bl-istudji tiegħu fis-Seminarju t ’ Għawdex minn fejn għamel b ’ suċċess l-eżamijiet tal-General Certificate of Education . Hu kompla l-istudji għas-saċerdozju u ġie ordnat saċerdot mill-isqof Mons . Ġużeppi Pace fil-5 ta ’ April 1964 , fil-Katidral t ’ Għawdex . Huwa għamel l-ewwel quddiesa solenni tiegħu fis-7 ta ’ Ġunju 1964 fil-Bażilika ta ’ San Ġorġ tal-belt Victoria u fl-14 ta ’ Ġunju tal-istess sena , huwa għamel l-ewwel Quddiesa Solenni tiegħu fil-Knisja Parrokkjali tax-Xewkija .
Dun Karm inxteħet b ’ ruħu u b ’ ġismu għall-apostolat fost ittfal u ż-żgħażagħ fl-Oratorju Don Bosco fir-Rabat u għamel ukoll żmien responsabbli mill-istess Ċentru . Kien maħbub ħafna miż-żgħażagħ , li fih kienu jsibu saċerdot imħeġġeġ , intelliġenti u li jifhem il-problemi tagħhom . Kien ukoll għal xi żmien viċi-parroku tal-bażilika ta ’ San Ġorġ .
Mal-ħatra ta ’ Mons Isqof Nikol Cauchi bħala Amministratur Apostoliku għal Għawdex , Dun Karm ġie maħtur biex jaħdem f ’ bosta kummissjonijiet tal-Kurja , fosthom bħala Segretarju tal-Kummissjoni Kateketika , bix-xogħol ta ’ ippjanar u organizzazzjoni tat-Tagħlim Nisrani fid- Djoċesi Għawdxija . Kemm – il darba hu ġie mibgħut mill- Awtoritajiet tal-Knisja f ’ Għawdex għal diversi laqgħat u kungressi f ’ Malta kif ukoll barra minn Malta .
Mal-mewt traġika tal-W . R . Arċipriet Dun Ġużepp Grech fit-18 ta ’ Ottubru 1971 , il-parroċċa tax-Xewkija ġiet afdata f ’ idejn Mons Carmelo Xuereb , sakemm jintgħażel l-Arċipriet il-ġdid . Ix-xewqa tal-poplu Xewki kienet li l-Arċipriet il-ġdid ikun mir-raħal tagħhom , imżejjen bil-kwalitajiet kollha meħtieġa li d-dinja moderna titlob . Wara konsultazzjoni mal-kleru u l-poplu , l-Eċċ tiegħu Mons Nikol Cauchi għoġbu jaħtar lil Dun Karm Mercieca bħala l-Arċipriet ilġdid tax-Xewkija . Din l-għażla ġiet milqugħa b ’ entużjażmu u b ’ sodisfazzjon kbir mill-poplu tax-Xewkija , għax f ’ Dun Karm raw ragħaj żagħżugħ , billi kien għad għandu 31 sena , u saċerdot spiritwali , enerġetiku u aġġornat . “ Ser nibgħatilkom wieħed mill-aħjar qassisin li għandi fiddjoċesi u għad taraw il-frott tal-ħidma kbira li ser iwettaq
fil-parroċċa tagħkom tax-Xewkija ,” – kliem tassew profetiku tal-Isqof Nikol G . Cauchi lid-delegazzjoni mix-Xewkija li marret tkellmu !
L-Arċipriet il-ġdid ħa l-pussess fis-6 ta ’ Frar 1972 , fost ilkant , ferħ u ċapċip tax-Xewkin kollha . Hu ġie mwassal minn ħdejn il-mitħna sal-misraħ ewlieni f ’ karozza miġbuda min-nies tar-raħal , akkumpanjat mill-Banda Prekursur . Iċ-ċerimonja tal-pussess saret f ’ parti mill-knisja l-ġdida ( għax il-Knisja l-qadima kienet għadha ma twaqqgħetx ) u tmexxiet mid-delegat tal-Isqof Mons Carmelo Xuereb , izziju tal-istess Arċipriet . Wara ċ-ċerimonja tal-pussess saret konċelebrazzjoni mill-Arċipriet il-ġdid flimkien mal-kleru kollu tal-parroċċa u mal-patrijiet Xewkin .
Fl-ewwel diskors tiegħu bħala Arċipriet , Dun Karm Mercieca ħabbar il-programm tiegħu li kien jinqasam fi tnejn ; l-ewwel , it-twaqqigħ tal-knisja l-qadima u l-preservazzjoni taliskultura tagħha , flimkien mat-tkomplija u d-dekorazzjoni tal-Knisja l-ġdida ; it-tieni , l-organizzazzjoni pastorali filparroċċa . Il-motto li għażel kien dak ta ’ San Gwann Battista , il-patrun tar-raħal , li nsibu fl-Evangelju ta ’ San Ġwann , Kap 3 , vers 30 : “ Jeħtieġ jikber Hu ( Kristu ) u niċkien jien ”.
L-Ewwel Ħidma Importanti L-ewwel biċċa xogħol kbira li kellu jħabbat wiċċu magħha dan l-Arċipriet żagħżugħ kien il-ħatt tal-maqdes il-qadim minn ġewwa r-Rotunda , li kif nafu dam jaqdi l-ħtiġijiet spiritwali sat-2 t ’ April 1972 . Il-ħsieb ewlieni tiegħu kien li dan isir fl-iqsar żmien sabiex il-poplu jkollu l-kumdità kollha u jibda jgawdi l-knisja Rotunda . Il-poplu Xewki laqa ’ dan l-appell , xammar idejh u mimli entużjażmu u determinazzjoni , offra xogħol volontarju biex jitwettaq dan il-programm fl-iqsar żmien possibbli . L-iskultura prezzjuża u unika ġiet maqlugħa bl-akbar attenzjoni u ġiet ippreservata bl-akbar sengħa u għaqal fil-mużew tal-iskultura li l-ewwel ġebla tiegħu tqiegħdet fid-29 ta ’ Awwissu 1972 mill-Isqof ta ’ Għawdex Mons Nikol Ġużeppi Cauchi . L-istess Isqof , fit- 18 ta ’ Ġunju 1974 bierek u fetaħ uffiċjalment dan it-teżor fl-iskultura tal-ġebla Maltija .
Matul dan iż-żmien , kien għaddej ukoll xogħol ieħor kbir u ta ’ sogru ; it-tikħil u l-invjar tal-knisja minn ġewwa . Numru kbir ta ’ ħaddiema u voluntiera Xewkin , taħt it-tmexxija tas-Sur Żakkarija Ċilia meddew għonqhom għax-xogħol biex b ’ hekk il-knisja setgħet tibda taqdi l-funzjonijiet li għalihom ġiet mibnija . Kif ġiet imneħħiha l-aħħar ġebla