Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Seite 56

54 induratur John Pace . Ġew indurati bid-deheb ukoll , il-gwarniċi tas-sitt inkwatri tal-prospettivi .
• Fl-1995 bdiet tiġi żviluppata propjetà tal-knisja f ’“ Ta ’ Ġokk ” biex isservi ta ’ ċentru ta ’ tagħlim u duttrina għattfal u għall-parruċċani ta ’ dik ix-xaqliba .
• Fis-sena 1995 , bit-tħabrik tal-Arċipriet Mercieca , megħjun mill-Kumitat festi esterni , saru festi speċjali biex ifakkru l-150 sena mill-miġja tal-istatwa ta ’ San Ġwann Battista fix-Xewkija . Għal din l-okkażjoni , l-Arċipriet Mercieca , ħeġġeġ lix-Xewkin , biex bħala rigal lil San Ġwann issir induratura fid-deheb lill-pedestall tiegħu . Ix-xogħol tal-induratura sar mill-espert magħruf Publiju Magro għall-spiża ta ’ Lm3,500 , somma li nġabret fi ftit jiem fi żmien l-istess festi .
• Bejn it-13 u l-15 ta ’ Ġunju 1995 ittellgħet b ’ suċċess “ L-Għanja tal-Battista ” spettaklu ta ’ dawl , żfin u drama , kitba ta ’ Lawrence Camilleri u produzzjoni ta ’ George Mizzi .
• Fid-13 ta ’ April 1996 ġie inawgurat il-Qasam tal- Museum tal-Bniet .
• Fl-1996 ġiet organizzata aħjar l- “ Għaqda Armar Xewkija ” u dan wassal biex minn ħdanha jinbet il- “ Kumitat Żgħażagħ Brijużi Xewkin ” - KŻX1996 . L-għan ewlieni ta ’ dawn l-għaqdiet hu li jkomplu jsebbħu l-festa ta ’ San Ġwann Battista , kemm f ’ xogħol ta ’ restawr fuq armar eżistenti , kemm f ’ ħidma ta ’ armar ġdid u fl-aħħar u mhux l-inqas , fl-organizzazzjoni tal-briju waqt il-marċijiet . F ’ dan l-elenku ta ’ proġetti mwettqa fi żmien l-Arċipriet Mercieca mhux possibbli li nsemmu l-inawgurazzjoni tal-proġetti kollha mwettqa minn dawn il-kumitati ħabrieka però żgur ma nistgħux inħallu barra xi xogħlijiet li saru matul iż-żmien fosthom , is-sett ta ’ trofej għall-misraħ ewlieni , Triq il- Knisja u Triq il-Kbira u l-bandalori fid-drapp li jsebbħu l-pjazza u diversi toroq ewlenin fosthom , Triq il-Kbira , Triq Santa Katarina , Triq San Bert , Triq Indipendenza u Triq il-Ħamrija .
• Bejn 1997 u 1998 il-Kavallier Pawlu Camilleri Cauchi mela l-ispazji tal-prospettiva tal-kor bi tliet xogħlijiet tassew artistiċi . Fin-nofs pitter lil Kristu mislub , fuq illemin tal-Kurċifiss niltaqgħu mall-Madonna u ma ’ San Ġwann l-Evanġelista filwaqt li n-naħa l-oħra pitter lil Ġwanni l-Battista fid-deżert , inkwatru ispirat mit-titular l-antik ta ’ Gioacchina Loretta .
• Nhar it-13 ta ’ Ġunju 1997 saret l-ewwel xandira ta ’ Radju Prekursur , mis-sala ta ’ fuq is-sagristija .
• F ’ din is-sena wkoll , 1997 , sar xogħol estensiv ta ’ manutenzjoni fuq l-ewwel maħżen tal-armar , fi Triq Indipendenza .
• Fl-1998 inbeda x-xogħol tal-bini fuq it-tieni maħżen tal-armar biswit dak eżistenti , fi Triq Indipendenza mill-bennej Xewki Ġanni Vella .
• Fl-1999 tlesta r-restawr mibdi fl-1990 fuq l-istatwi tal-profeti , li jintramaw fil-pjazza tax-Xewkija fi żmien il-festa kif ukoll ġie irrestawrat il-pedestall taddimostrazzjoni .
• Fl-1999 ukoll ġie inawgurat it-tieni studio ta ’ Radju Prekursur , fiċ-Ċentru Parrokjali , biswit l-ewwel studio li kien ġie inawgurat fis-sena ta ’ qabel .
• Ta ’ min isemmi wkoll , li fl-1999 tqiegħdu l-pedamenti tad-Dar tal-Arċipriet tal-Parroċċa , imsejħa ‘ kanonika ,’ fi Triq Indipendenza .
Ħidma fis-snin Elfejn : Bis-sena elfejn fuq l-għatba , ħafna kienu tal-fehma li l-Arċipriet Mercieca , wara kważi 30 sena bħala ragħaj spiritwali tal-parroċċa kien se jibda jnaqqas fil-ħidma tiegħu . Dan mhux talli ma seħħx , iżda nistgħu ngħidu , li fis-snin elfejn l-Arċipriet Mercieca wettaq fost l-akbar u l-aktar proġetti ambizzjużi ta ’ kull żmien u kif ukoll kien strumentali fl-organizzazzjoni ta ’ attivitajiet importanti li sa dak iż-żmien ix-Xewkija kienet għadha ma ratx bħalhom .
• Fis-sena 2000 ġew imżanżna 21 pjaneta magħmulin minn tessuto piglietti ta ’ kulur isfar , bi stoluni ħomor irrakkmati b ’ ħajt tad-deheb bi stil barokk . Intużaw l-ewwel darba minn Mons Isqof Nikol Cauchi , il-ministri u ċ-ċelebranti li assistewh fil-pontifikal ta ’ dik is-sena .
• Għall-festa tas-sena 2000 ġew arġentati erba ’ forċini tal-bronż u s-sett tal-gandlieri tal-artal mejda .
• Fis-sena 2000 ukoll sar vestwarju ġdid għall-korp sant ta ’ Santa Teodora u ġie maħsul bid-deheb is-salib li għandu f ’ idejh San Ġwann tal-istatwa titulari . Iżżanżan ukoll tapit ġdid aħmar għall-korsija li jwassal mill-bieb ta ’ barra sal-presbiterju biex jintuża fil-festi prinċipali ta ’ matul is-sena fil-Knisja Rotunda .
• Ta ’ min isemmi wkoll , li fit-12 ta ’ Ġunju tas-sena 2000 , beda l-bini tad-dar tal-Arċipriet fi Triq Indipendenza bil-bennej ikun Ġanni Vella . Hawn ta ’ min jinnota li l-Arċipriet Mercieca ħaseb mhux għalih , imma għal dawk li kellhom jiġu warajh peress li hu kien joqgħod mal-familja tiegħu .
• Fl-20 ta ’ Ġunju 2001 ġie inawgurat il-planċier il-ġdid tal-Banda Prekursur għall-misraħ ewlieni . Grazzi kbira tmur għal numru kbir ta ’ voluntiera li ħadmu fuq dan ilproġett u lill-artist Paul Falzon għax-xogħol ta ’ rħamar .
• F ’ Ottubru 2001 saret l-istallazzjoni tal-lift , mill-Mużew tal-Iskultura għall-bejt tal-Knisja Rotunda . B ’ hekk , seta ’ jiġi merfugħ ħafna mill-armar ta ’ ġewwa tal-Knisja fis-sala ta ’ fuq il-Mużew tal-Iskultura , kif ukoll , mezz biex jitilgħu n-nies ħalli jgawdu l-veduta meraviljuża tal-gżira Għawdxija .
• Fis-sena 2002 tqiegħdu f ’ posthom l-ewwel żewġ statwi tal-ġebel ta ’ 13 – il pied – il waħda fil-faċċata tal-knisja , fin-niċeċ t ’ isfel , xogħol l-iskultur Malti Anġlu Agius , li juru lill-Madonna biċ-ċkejken Ġesù u l-oħra turi lil Eliżabbetta ma ’ binha Ġwanni .
• Fl-istess sena wkoll , saru girlandi u fjuretti tal-ganutell għal quddiem l-istazzjonijiet tal-Via Sagra u malpedestall tal-istatwa tad-Duluri .
• Fl-14 ta ’ Ġunju 2003 ġew imqiegħda f ’ posthom iż-żewġ statwi l-oħra fin-niċeċ ta ’ fuq tal-faċċata tal-knisja , statwi li jirrappreżentaw lil Żakkarija u lill-Arkanġlu Gabriel .
• Fis-sena 2003 ukoll saret arġentatura ġdida tal- Ostensorju tal-festa .
• Fil-15 ta ’ Lulju 2003 sar it-tberik tal-paviment u zokklatura ġdida tal-irħam għall-kappella tal-Madonna tal-Ħniena , xogħol mid-ditta Sare ’ fuq disinn tal-perit J . Dimech .