Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 49

47

Rajtek tinbidel interVista Ma ' john attarD

Ir-rivista Gourgion wara li semgħet bil-pjanijiet għallmusical ' Rajtek Tinbidel - Ġrajja ta ’ Nofs Seklu ' iltaqgħet mat-tim responsabbli minn dan il-proġett ambizzjuż u tkellmet miegħu dwar il-pjanijiet li qed isiru . Staqsejna dwar x ' wassal biex tinbet din l-idea u x ' għandu jistenna l-poplu Xewki f ' Mejju li ġej .
Editur “ Rajtek Tinbidel ” - Ġrajja ta ’ Nofs Seklu . It-titlu biss ukoll huwa biżżejjed biex iqajjem kurżità kbira u jqanqal interess kbir . X ’ tgħidulna fuqu ?
John
“ Rajtek Tinbidel ” tnissel f ’ moħħi f ’ mument turbolenti ħafna . L-2015 kienet sena li ġabitli ħafna maltemp . Fi Frar tlift lill-missier bioloġiku tiegħi u f ’ Awwissu ħsibt li se nitlef lil dak putattiv . Kollox beda fit-30 ta ’ Awwissu mat-tħabbira tal-bidla tal-Arċipriet Mercieca . Rajt ħajti kollha tgħaddi minn quddiemi bħal sajjetta f ’ dawn iż-żewġ avvenimenti . Ħarist madwari u mort lura fiż-żmien kemm tatni l-memorja u ma stajt nara xejn li ma kellux il-marka tal-Arċipriet Mercieca . Smajt l-għajta ttarrax biex nagħmlu xi ħaġa kbira biex nirringrazzjaw lil dak , li l-ħabib tal-qalb tiegħi , Mario Borg iddeskriva bl-aktar mod perfett bħala “ Missier ix-Xewkija Moderna ”.
Mario Iva , niftakar dik it-telefonata ta ’ John nhar it-30 ta ’ Awwissu 2015 , ftit minuti biss wara li ħarġet l-aħbar tal-bidla tal-Arċipriet , fejn qalli biex nagħmlu musical . Diskursata ta ’ ftit sekondi imma kienet il-bidu ta ’ dan ix-xogħol .
Editur Għala musical meta għal dawn l-aħħar numru ta ’ snin l-Għaqda Drammatika Xewkija tista ’ tgħid li tellgħet biss drammi , l-aħħar wieħed kien “ Ix-Xhud li ma Deherx ”?
John
Dan l-aħħar ġejna mitluba bosta drabi biex nerġgħu nagħmlu operetta . Kulħadd jaf kemm kienu popolari u mfittxija l-operetti li konna nagħmlu bejn l-1980 u l-1990 . Donnu dan l-aħħar żmien reġgħet tqanqlet in-nostalġija . Fl-istess ħin , il-ħolma tiegħi kienet ferm wiesgħa aktar minn hekk . Jien xtaqt bla dubju ta ’ xejn nikkuntenta lil dawk kollha li talbuna biex nerġgħu nagħmlu operetta . Ħlomt ukoll li fl-istess ħin nagħmlu xi ħaġa biex nirrikonoxxu u nfakkru lil bosta Xewkin li , bid-dehen ta ’ moħħhom , blgħaraq ta ’ ġbinhom , bis-saħħa ta ’ dirgħajhom , b ’ ġenerożità li ma tafx b ’ limitu u fuq kollox b ’ imħabba ġenwina lejn Alla l-Imbierek u lejn il-patrun maħbub tagħna San Ġwann Battista , sawru ġrajjiet li jien inħobb insejħilhom inkredibbli . Xtaqt ukoll li dan ikun xogħol kompletament oriġinali u tkun xi ħaġa differenti , xi ħaġa kbira . Editur F ’ kelma oħra kienet viżjoni ambizzjuża ħafna . John Kienet u għadha . Biss id-drive wara dawn ilġrajjiet ( il-bini tar-Rotunda , biex nagħti eżempju wieħed ) kienet ambizzjuża ferm aktar minn kull ħaġa li jien nista ’ noħlom li nwettaq . Nistieden lil kull min jixtieq , imur il-knisja tagħna u joqgħod fil-kwiet iħares madwaru , jifliha bir-reqqa u jaħseb fuq li jkun qed jara . Ma jara xejn anqas minn kapulavur . Kapulavur li sar bl-idejn ta ’ missirijietna . Missirijietna wrewna kif la hemm bżonn kompjuters , la lasers , la krejns , la bulldozers u lanqas xejn minn dan l-apparat sofistikat tallum biex tagħmel xi ħaġa anke jekk hi tant kbira . Urewna kif kullma għandna bżonn hi