Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 48

46

Bosta Jifirħu fi Twelidu

( Poeżija fl-okkażjoni tal-ħruġ tal-istatwa ta ’ San Ġwann min-niċċa )
Mario Borg
Kull sena f ’ dal-jum sewwa , intenni mistoqsija . X ’ inhu dal-ferħ ġewwieni , li nħossu fix-Xewkija ?
X ’ inhu dak li jqanqalna , inħallu d-djar tagħna , ninġabru f ’ dir-Rotunda , ilkoll daqshekk ħerqana ?
X ’ inhuwa dan is-seħer , li lkoll ninħakmu bih , f ’ dal-Maqdes singulari , f ’ dal-lejl sajfi , sabiħ ?
Għaliex huma leqqiena , bid-dmugħ , illum l-għajnejn , u jfawwar , mix-xfar jaqbeż , ixarrab lill-ħaddejn ?
X ’ iġagħalna bħala poplu , f ’ ċapċip ninfexxu lkoll , u f ’ kant , tifħir u għana , kull Xewki lsienu jħoll ?
Jien nemmen b ’ qalbi kollha , ta ’ dan il-veru għan , mhuwiex biss għax min-niċċa , illum joħroġ San Ġwann .
Imħabbar kien żmien ilu , fit-tempju ’ l Żakkarija , li talbu kien instema ’, ‘ Żabbetta ’ ttih tarbija ,
U kellu t-twelid tiegħu , inissel hena kbir , kull qalb ġewwa Ein Karem bil-ferħ riedet ittir .
U reġa ’ nħass ferħ bħalu , kif Alla Bniedem sar , sew sewwa sitt xhur wara , kif twieled Kristu f ’ għar .
U baqa ’ l-ferħ jintiret , fiż-żewġ Milidijiet , sew f ’ Ġunju u f ’ Diċembru matul iż-żminijiet .
Għalhekk bil-ferħ nitqanqlu , kull sena f ’ jum bħal dan ; Għaliex kif twieled Ġwanni , kien mibdi t ’ Alla l-pjan .
Imnebbħa kienu niesna , mis-Sema , ilu żmien , hekk kif lil Ġwanni għażlu , ikun tagħhom ħarsien .
Għax ħadd ma qam daqs Ġwanni , dan Kristu stqarr bil-fomm , ma twieled ħadd kbir daqsu minn ġewwa ħdan ta ’ omm .
U din l-imħabba ssarrfet sabiex tissawwar xbieha , ta ’ Ġwanni il-Battista , għar-raħal tax-Xewkija .
Il-ġmiel ta ’ dil-figura , seddqitna f ’ għaqda kbira , u ssaħħar Għawdex kollu , kif rifset fuq il-gżira .
Is-snin tgerbu u tqallbu , inbiddlu d-drawwiet , w ’ għal Ġwanni imħabbitna , maż-żmien baqgħet tiżdied .
Għax int kont għadek , tibqa ’, il-ġawhra tax-Xewkin , kbir maqdes tellajnielek , frott l-għaqda ta ’ tant snin .
X ’ ma tkunx il-qalb mimlija , bil-ferħ , ma ’ kullimkien , x ’ ma jmurx kulħadd ifaħħrek u jħoll tiegħu l-ilsien
X ’ ma niġux hawn bi ħġarna sabiex nagħtuk tifħir ; Twelidek ta ’ kull sena , fi qlubna jġib ferħ kbir .