48 rieda u determinazzjoni tal-azzar . Biex ikomplu jsaħħruna , huma mhux biss waqqfu din il-knisja u għamluha b ’ perfezzjoni totali imma għamluha wkoll taħt kundizzjonijiet li komplew jagħmlu l-proġett ferm u ferm aktar diffiċli . Tinsewx li l- knisja l-qadima ħallewha hemm sal-aħħar u daru magħha bil-binja l-ġdida . Meta mbagħad ħelsu , ma qabdux u waqqgħuha u ramew kollox , imma ħattewha ġebla ġebla u reġgħu bnewha fejn qiegħda llum ħalli ngawduha aħna u ta ’ warajna . Jekk dan m ’ għandux ikun ta ’ ispirazzjoni għalina lkoll , mela jien ma nafx x ’ ikun .
Editur Tassew hu minnu dan li qed tgħid . Kultant , aħna li ninsabu mdawrin b ’ dan il-wirt imprezzabbli u mogħnija bi storja tant sinjura , ma nagħtux kas u ninsew dan kollu . Lura għal musical . Bi musical tista ’ tgħid li tassew ilqattu ħafna jekk mhux ixxewqat kollha fil-viżjoni oriġinali . U min ħażżeż l-ewwel versi ?
Mario Biex xi ħaġa bħal din issir tajba l-awturi kkonċernati jrid bilfors ikollhom l-istess passjoni ; xi ħaġa li jien u John żgur li għandna . Flimkien identifikajna l-ġrajjiet ewlenin li seħħew f ’ dan l-aħħar nofs seklu u mbagħad John ħalla f ’ idejja biex nirrima kollox . Editur Jiġifieri , l-ewwel bdejtu mil-lirika . John
Ma tistax tagħmel mod ieħor jekk trid li x-xogħol jiġi tajjeb . Jien ħallejt lil Mario f ’ libertà totali biex jikteb kif irid , dak li jħoss u kif jifhmu hu . Kelli l-vantaġġ kbir li jien nidentifika ruħi bl-aktar mod naturali mal-pinna ta ’ Mario u ma kelli l-ebda dubju li dak li kien se jipproduċi kien se jħallini mibluh .... u hekk kien . Editur Prosit Mario . Mario Grazzi ħafna , però b ’ daqshekk ix-xogħol kien għadu mhux konkluż . Wara li ġiet miktuba l- lirika jien kien għad m ’ għandi l-ebda ħjiel dwar kif se nippreżentawh lill-pubbliku , jekk hux se nagħmlu oratorju , operetta , eċċ . U hawnhekk daħal John . Wara bosta ġimgħat jekk mhux xhur ta ’ ħsibijiet , esperimenti u ma nafx xiex aktar , John medd għonqu għax-xogħol u ħoloq djalogi mexxejja bejn il-passaġġi liriċi u hekk ġie meħjut u minsuġ kollox flimkien fi skript komplut li jkopri l-ġrajjiet ewlenin mill-1970 sal-lum .
Editur U dak hu d-dramm mużikali li tassew jiġbor fih l- istorja tagħna , tista ’ tgħid hu operetta u hu xogħol oriġinali . Biss nixtieq nistaqsi kif inhu possibbli li tgħaqqad storja li ttul nofs seklu .
John L-istorja ntisġet bl-istess determinazzjoni li missirijietna sawru l-istorja tagħna . U propju għalhekk dan il-musical mhux se jsir fit-teatru imma se jsir fil-knisja tagħna – dak il-post li madwaru ddur l-istess istorja tagħna , dak il-post li jien nemmen li l-ebda xenarju u l-ebda palk ma jista ’ joħloq is-setting li joħloq hu .
Editur U dan jagħmel ukoll ix-xogħol kif għidt int , tassew kbir .
Mario Ta ’ min isemmi wkoll li dan il-musical se jinkludi bosta effetti speċjali bid-dawl . Se jkollna projections ta ’ xeni u filmati tal-passat ta ’ meta kienu qed iseħħu l-ġrajjiet tagħna . Dan se jkompli jsebbaħ u jgħolli l-prestiġju ta ’ dan id-dramm mużikali u jsawru f ’ avveniment maġiku li għandu jsaħħar lil kull min jattendi biex jarah .
Editur Ix-Xewkija żgur li mhix nieqsa mill-atturi imma din id-darba se jkun hemm bżonn bosta kantanti u mużiċisti wkoll . Ċert li intom konxji ta ’ dan u qed taħdmu fuqu . X ’ se tagħmlu f ’ dan ir-rigward ? Nimmaġina li s-soluzzjoni hi li jsir ' recording ' ta ’ kollox imbagħad isir ' playback ' dakinhar .
John
Le , le u le . Biex nagħmlu playback , nagħmlu DVD ta ’ kollox u npoġġuh online u nkunu essenzjalment għamilna film bħal kwalunkwe film ieħor . F ’ dan il-każ ikun dokumentarju aktar minn film . F ’“ Rajtek Tinbidel ” kollox se jkun live , kemm ilkant kif ukoll il-mużika . Naf li mhux faċli , imma nerġa ’ ngħid li hemm l-istess rieda u determinazzjoni li kellhom missirijietna meta bnew l-istorja tagħna .
Editur Jiġifieri , se nistennew orkestra ddoqq ' live ' fil-knisja u l-kantanti jkantaw ' live ' magħha ?
Mario Hekk hu . Fil-fatt bħalissa qed insejħu lil dawk kollha li jħossu li kapaċi jkantaw biex ikellmuna . Se nagħmlu l-auditions biex nidentifikaw ilkantanti għal bosta partijiet li għandna . Editur Min se jieħu ħsieb l-aspett mużikali ta ’ dan ilmusical ?
John
Il-mużika qiegħda tinkiteb minn Geoffrey u Julie Thomas bis-sapport tas-Surmast Maestro Anthony Borg li żgur m ’ għandu bżonn l-ebda introduzzjoni . Geoffrey u Julie Thomas huma mużiċisti Ingliżi fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Imperial tal-Mellieħa li tagħha Maestro Borg hu wkoll s-surmast direttur . L-orkestra se tkun ovvjament taħt id-direzzjoni tas-Surmast Borg . Editur L-aħħar domanda – għaliex Mejju tal-2017 ? Mario Mejju 2017 hu l-Ħamsa u Sittin anniversarju tattqegħid tal-ewwel ġebla tar-Rotunda , l-Għoxrin sena anniversarju ta ’ Radju Prekursur u l-Għaxar Snin anniversarju mill-famuż musical “ Ġrajjietna ”. X ’ hemm aħjar milli niftħu l-istaġun tal-festa tal- 2017 b ’ dan il-mod ?
Editur Prosit tassew John u Mario għal din il-biċċa xogħol kbira li dħaltu għaliha . Nawguralkom kull suċċess u nappellaw lill-qarrejja kollha tagħna biex min għandu ritratti , filmati jew xi materjal ieħor relatat mal-istorja tar-raħal tagħna u li jixtieq li jintuża f ’ dan il-musical għandu jagħmel kuntatt magħna fuq wieħed minn dawn in-numri :
John Attard : |
9945 1021 |
Mario Borg : |
7925 2112 |
Leeann Cini : |
7930 1954 |
Posta elettronika : ghaqdadramaxewkija @ yahoo . com |