Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 4

2
Messaġġ tal-arċipriet Mons . Daniel Xerri

Fit-twelid ta ’ Ġwanni “ Alla wera ħniena magħna ”

Għeżież ,
Inqisha bħala grazzja partikulari li proprju din l-ewwel sena tal-ministeru tiegħi fostkom , bħala Arċipriet tal-Parroċċa tal-Battista , kellha taħbat mas-sena tal-Ġublew tal-Ħniena mnedija mill- Papa Franġisku . Fl-ittra li biha nieda din is-sena ta ’ grazzja , il-Papa qalilna : “ Bil-ħarsa tagħna msammra fuq Ġesù u l-wiċċ ħanin tiegħu , nistgħu nilqgħu l-imħabba tat-Trinità Qaddisa . Il-missjoni li Ġesù rċieva mingħand il-Missier kienet dik li juri l-misteru tal-imħabba divina fil-milja kollha tiegħu . ‘ Alla huwa Mħabba ’ ( 1 Ġw 4:8,16 ), jistqarr għallewwel u l-unika darba fl-Iskrittura Mqaddsa kollha l-evanġelista Ġwanni . Din l-imħabba issa dehret u nistgħu mmissuha b ’ idejna fil-ħajja kollha ta ’ Ġesù . Il-persuna tiegħu mhix ħlief imħabba , imħabba li tingħata b ’ xejn . Ir-relazzjonijiet tiegħu mal-persuni li jersqu lejh jikxfu xi ħaġa unika u irripetibbli . Issinjali li jwettaq , fuq kollox mal-midinbin , mal-foqra , mal-imwarrbin , mal-morda u mal-imġarrbin , huma kollha f ’ isem il-ħniena tiegħu . Fih kollox jitkellem dwar il-ħniena . M ’ hemm xejn fiH li m ’ għandux ħniena .” ( Misericordiae vultus , 8 ).
Dan Ġesù , li ġie biex jurina l-wiċċ kollu ħniena tal- Missier , kellu bħala Prekursur tiegħu lil Ġwanni . Nistgħu ngħidu li fil-ħajja tal-Battista dehret diġà dik il-ħniena li kellha tidher f ’ Ġesù . Fil-fatt , meta Eliżabetta welldet lil Ġwanni , “ il-ġirien u qrabatha semgħu li l-Mulej wera ħniena kbira magħha u marru jifirħu magħha ” ( Lq 1,58 ). Kien għalhekk li hi riedet issemmih Ġwanni , u bħalha wkoll żewġha Żakkarija ( ara Lq 1,61 u 63 ), għax l-isem “ Ġwanni ” jfisser “ Alla huwa ħniena ” jew , aktar preċiżament , “ Alla wera ħniena magħna ”. It-twelid tal-Battista , mela , huwa frott il-ħniena ta ’ Alla . fommu , Żakkarija mtela bl-Ispirtu s-Santu u beda jfaħħar lil Alla u jgħid : “ Imbierek il-Mulej Alla ta ’ Iżrael għax ġie jżur u jifdi l-poplu tiegħu , u waqqaf għalina qawwa ta ’ salvazzjoni f ’ dar David qaddej tiegħu ... B ’ hekk juri ħniena ma ’ missirijietna u jiftakar fil-patt qaddis tiegħu .” Imbagħad idur fuq iċ-ċkejken ibnu u b ’ mod profetiku jgħidlu : “ U inti , tfajjel , tissejjaħ profeta tal-aktar Għoli għax tmur qabel il-Mulej biex tħejjilu triqatu , u tgħarraf lillpoplu tiegħu bis-salvazzjoni , permezz tal-maħfra ta ’ dnubiethom , ħierġa mill-qalb ħanina ta ’ Alla tagħna ...” ( Lq 1,67-79 ).
Mela Ġwanni huwa frott il-ħniena t ’ Alla , u l-missjoni tiegħu kellha tkun li jgħarraf din il-ħniena lill-poplu kollu . B ’ dan il-mod huwa kellu jħejji t-triq għal dak li kellu jkun “ il-wiċċ tal-ħniena tal-Missier ”, jiġifieri Ġesù ( ara Misericordiae vultus , 1 ).
Għeżież , f ’ din is-Sena tal-Ħniena ejjew niftakru filħniena li Alla wera magħna fit-twelid ta ’ Ġwanni , il-Prekursur tal-Mulej , u bħalu nfittxu li nagħmlu esperjenza tagħha fil-ħajja tagħna . Min minna m ’ għandux bżonn iduq il-qalb ħanina t ’ Alla tagħna ? Jalla l-festa ta ’ din is-sena tkun għalina lkoll esperjenza tal-ħniena divina . B ’ dan il-ħsieb f ’ moħħi , nixtiqilkom minn qalbi l-festa t-tajba .
Mons . Daniel Xerri
Iżda din il-ħniena Alla wrieha mhux biss ma ’ Eliżabetta u Żakkarija imma wkoll mal-poplu kollu . Fil-fatt , malli tah l-isem ta ’ “ Ġwanni ” u nfetaħlu