Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 3

1

GOURGION 2016

Editur : Mario Xerri Disinn tal-Qoxra : Joseph Xuereb Reklami : Tania Attard , Anna Cassar , Sally Cefai , Marjohn Hili ,
Mary Xerri . Fili tal-Kitba : Irene Attard , Anette Azzopardi , Josette Cardona , Moira
Caruana , Leanne Cini , Josette Gauci , Felicienne Xerri . Mitbugħ : BCD Printing , Victoria - 21551050

WERREJ

Il-Messaġġ tal-Arċipriet
2
Il-Messaġġ tas-Sindku
3
L-Ispirtu s-Santu fid-dar ta ’ Żakkarija
5
L-Ikonografija ta ’ Ġwanni l-Battista
9
Il-Magħmudija ta ’ Sidna Ġesù Kristu
14
minn Ġwanni l-Għammiedi .
Monitoraġġ tal-Arja fil-Mediterran ko-ordinat mix-Xewkija
17
Għaqdiet Reliġjużi fix-Xewkija
Għaqda Abbatini Xewkija
23
Azzjoni Kattolika
25
Leġjun ta ' Marija
27
Museum - Sezzjoni Bniet
29
Museum - Sezzjoni Subien
31
Esperjenza fil-Vatikan
33
Programm tal-festa 2016
40
The Rotuna
43
Bosta Jifirħu fi Twelidu
46
Rajtek tinbidel
47
Ringrazzjament lill-Arċ . Emeritu Mons Carmelo Mercieca
49
Merħba fostna Arċ . Mons . Daniel Xerri
61
Lil San Ġwann l-Għammiedi
74
Il-Kappillani u l-Arċiprieti tax-Xewkija
75
Ħidmet l-Għaqdiet Xewkin
S t John the Baptist Association in Australia
81
Mill-Għaqda Armar Xewkija
82
Mill-Kummissjoni Armar tal-Ħamrija
84
Sena mpenjattiva għal Radju Prekursur
85
Soċjeta Filarmonka Prekursur
86
Kumitat Żgħażagħ Brijużi Xewkin
87
Xewkija Tigers F . C .
88
Xewkija Tigers F . C . Football Nursery
89
L-Iskola ta ' raħalna
90
Emanuel Benjamin ( E . B .) Vella : Mosti ta ’ nisel Għawdxi
95
Aġġornament dwar il-pipe organ tar-Rotunda
99
Mid-Djarju tal-Parroċċa
103
Leħen Missjunarji Xewkin
108
Mir-Reġistru tal-Parroċċa
111
Nifirħu u Nawguraw
114
Minn Fuq Spallejn Missieri
116
Il-fehmiet li jistqarru l-awturi u l-kontributuri mhumiex neċessarjament dawk tal-Bord Editorjali .
Korrispondenza : Uffiċċju Parrokkjali , Pjazza San Ġwann Battista , Xewkija .
Tel : 21556793 www . xewkijaparish . org

Editorjal Alla Ħanin

Ninsabu fil-qalba tal-Ġublew straordinarju tal-ħniena , ġublew imniedi mill-Papa Franġisku bil-għan li jressaqna dejjem aktar lejn il-persuna ta ’ Ġesù , li kif jgħidilna l-istess Papa fil-Bolla tal-Indizzjoni , Ġesù hu l-wiċċ tal-ħniena tal-Missier .
Huma bosta wlied il-parroċċa tagħna ( u jalla jkomplu jiżdiedu ) li jġorru f ’ isimhom stess il-messaġġ li qed iwasslilna dan il-Ġublew straordinarju . Infatti dawk li jġibu l-isem tal-maħbub patrun tagħna Ġwanni ( bl- Ebrajk Johanann ), isem magħżul minn Alla innifsu , qed jistqarru li ' l-Mulej ħanin '. Ma nkunux niżbaljaw jekk inqisu lil Ġwanni bħala l-profeta tal-ħniena li għadu jistedinna nħejju t-triq tal-Ħaruf t ’ Alla li jneħħi d-dnubiet tad-dinja . Misjuqin mit-tagħlim u milleżempju tal-Battista , ejjew inkunu lesti li naqsmu mal-proxxmu l-ħniena li rċivejna . Fih x ’ tifhem kliem San Ġorġ Preca li jistqarr li jekk trid tgħaddi xi ħaġa lil Alla , għaddihielu mal-proxxmu .
Bħalma Żakkarija fit-twelid ta ’ ibnu jdur lejn Alla u jfaħħru li wera ħniena ma ’ Iżrael u ftakar fil-patt qaddis tiegħu , hekk ukoll għandha tħossha l-parroċċa tagħna din is-sena . Alla kompla juri ħnientu mal-komunità tagħna billi matul din is-sena laqgħet fi ħdanha l-ħmistax -il ragħaj tagħha fil-persuna ta ’ Mons . Daniel Xerri .
M ' għandniex kliem biex inroddu ħajr lil Alla tal-ħidma bla ma taqta ’ tal-Arċipriet emeritus Mons . Carmelo Mercieca . Ħabb il-parroċċa , ħass il-polz tagħha , magħha qasam il-ferħ u n-niket , kien ħabrieki , maħbub , umli u bla tlaqliq nistgħu ngħidu li ta ħajtu għall-parroċċa li tagħha kien binha . Ġenerazzjonijiet sħaħ huma midjuna lejh . Iżda wara tlieta u erbgħin sena ta ’ servizz kien wasal iż-żmien li r-riedni tal-parroċċa tgħaddi f ’ idejn Mons . Daniel .
F ’ isem il-qarrejja kollha ta ’ din ir-rivista li tant kienet għal qalbu u li ħolom biha hu stess , nirringrazzjaw lil Mons . Carmelo Mercieca u nawgurawlu ħidma fejjieda fir-rwoli ġodda li lilu ġew assenjati . Nilqgħu b ’ idejn miftuħa lil Mons . Daniel , nawgurawlu ħidma fejjieda fl-għalqa tal-Mulej afdata f ’ idejh . Inwegħduh l-għajnuna tagħna u nitolbu lil Alla u lil San Ġwann iżommu idejhom fuqu matul il-parrokat tiegħu .
Bħala parroċċa waħda u magħquda bħalma dejjem kienet , inkomplu niġbdu ħabel wieħed u f ’ direzzjoni waħda . Inkomplu nimxu lejn id-direzzjoni li qed jurina s-saba ' l-werrej ta ’ Ġwanni l-Battista , jiġifieri lejn ilmaħbub Ġesù .
Waqt li nirringrazzjaw lill-kontributuri kollha , nawguraw il-festa t-tajba lil kulħadd .