Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 5

3
Messaġġ Mis-sinDku paul azzoparDi

Ħidmet il-kunsill lokali

Għeżież Xewkin ,
Ġunju reġa ’ magħna u għalhekk bdew ilpreparamenti għall-festa tal-maħbub tagħna San Ġwann Battista . Bħal dejjem , il-Kunsill Lokali flimkien mal-Arċipriet u l-kleru kif ukoll malgħaqdiet volontarji , jagħti s-sehem tiegħu sabiex il-festa ta ’ din is-sena tkun ukoll waħda ta ’ suċċess . Nieħdu din l-okkażjoni biex nilqa ’ lil Mons . Daniel bħala r-ragħaj il-ġdid tal-parroċċa u nirringrazzja lil Mons Carmelo Mercieca tas-servizz li ta lir-raħal tagħna matul l-aħħar tlieta u erbgħin sena bħala Arċipriet .
Il-Kunsill Lokali għal darb ’ oħra kellu sena mimlija daqs bajda b ’ xogħol li ma waqaf qatt speċjalment fejn tidħol l-infrastruttura . Fost ix-xogħlijiet li saru f ’ dawn l-aħħar tliet snin , insibu tmien toroq ġodda bit-tarmak u s-servizzi . Dawn huma Triq il-Mitħna , La Vallette , Sant ’ Elija , San Żakkarija , Torri Tingi , San Bert , Sant ’ Indrija u Gruwa . Ta ’ min isemmi wkoll li f ’ San Bert , wara ħafna snin li r-residenti kien ilhom ibatu mill-ilmijiet , sar culvert matul it-triq kollha fejn solva din il-problema darba għal dejjem . Sar culvert ieħor fi triq Torri Tingi peress li kien hemm ukoll , uħud kellhom l-istess problemi kawża tal-ilmijiet . Grazzi tmur għall-għajnuna li sibna mingħand il- Ministru għal Għawdex Dr Anton Refalo .
Ta ’ min jinnota wkoll li l-proġett tal-public convenience wasal fi tmiemu wkoll . Dan kien jinkludi lift apposta għal nies vulnerabli . Barra minn hekk , ’ il quddiem ħa jservi wkoll sabiex ikun ta ’ aċċess għat-turisti biex ikunu jistgħu jaraw ix-xelters ta ’ żmien l- imgħoddi . Dan il-proġett sewa € 100,000 .
Barra minn hekk , il-Kunsill jgħin ħafna fejn tidħol l-edukazzjoni speċjalment lill-iskola tar-raħal tagħna . Joffri servizz ta ’ trasport lill-istudenti mid-djar tagħhom lejn u lura mill-iskola . Dan qed nagħmluh sabiex naġevolaw lill-ġenituri u nagħmluha aktar possibbli li l-ġenituri Xewkin jibagħtu lil uliedhom fl-iskola tar-raħal tagħna . Nixtieq nagħmel appell lill-ġenituri kollha li hu importantissmu li lit-tfal jibagħtuhom fl-iskola tar-raħal tagħna . Kulħadd jaf li sar tibdil radikali biex inkomplu ngħollu l-livell tal-iskola .
Il-Kunsill bħal dejjem jibqa ’ għaddej b ’ ħafna attivitajiet biex kemm jista ’ jkun iżomm kuntatt kontinwu mar-residenti . Ta ’ min isemmi wkoll li tajna s-sehem tagħna lill- anzjani tagħna fid-day centre li jinsab fil-każin tal-banda bil-għan li nżommuhom attivi . Grazzi tmur għal Onor . Dr Justyne Caruna .
Nixtieq fl-aħħarnett inħabbar ukoll li fiI-ġranet li ġejjin , il-Kunsill tagħna ser jiffirma ftehim ta ’ ġemelleġġ ma ’ dak ta ’ Ragusa fi Sqallija . Nagħlaq dan il-messaġġ billi minn qalbi nawguralkom ilfesta it-tajba . Ingawduha kif jixraq iżda noqogħdu attenti ħalli tgħaddi b ’ wiċċ il-ġid bla ma jweġġa ’ ħadd . F ’ ismi bħala sindku tax-Xewkija u f ’ isem sħabi l-kunsilliera nawguralkom il- festa it-tajba . Viva San Ġwann Battista .
Paul Azzopardi
Il-Kunsill Lokali għandu ppjanati bosta proġetti oħra fosthom : post ġdid għall-Kunsill Lokali , faċċata tal-każin tal-banda Prekursur , l-embellishment talpjazza kif ukoll tender għal triq Santa Eliżabetta sabiex issir bit-tarmak .