ESPERJENzA fil-Vatikan
Michael Xerri
Wara l-Funzjoni tal-Għoti tal-Faxxa .
L-abbati Xewki Michael Xerri matul is-sajf li għadda kellu esperjenza li kif jistqarr hu stess “ kienet waħda memorabbli u li ma tistax tiddeskriviha bil-kitba Tkellimna ma ’ Michael fejn tlabnieh jaqsam mal- qarrej ja tal-Gourgion dak li ġara qabel , waqt u l-impatt tal-esperjenza tiegħu fil- Vatikan .
Preparazzjoni Kollox beda nhar it-13 ta ’ Settembru 2014 meta mort ma ’ ommi l-Kurja napplika biex nattendi għall-kors tal-Abbatini għal dawk li jkunu jixtiequ jmorru jagħmlu servizzi l-Vatikan . Kien ikollna lezzjoni kull nhar ta ’ Sibt is-Seminarju . Wara ħafna studju , għamilna l-eżami fid-29 ta ’ Novembru 2014 . Konna għoxrin abbati minn Għawdex kollu . Riedu jintgħażlu biss erbgħa . Dawk l-erbgħa li jġibu l-aktar marki fl-eżami , jiġu magħżula biex imorru jaqdu servizz ta ’ abbati l-Vatikan .
Bl-akkolta waqt Konċelebrazzjoni .
Kien l-4 ta ’ Diċembru m e t a r ċ i v e j t i t t r a indirizzata lili personali . Mhux soltu nirċievi ittri f ’ ismi . Ftaħt l-envelop u fih kien hemm karta mibgħuta mill-Għaqda Abbatini , iffirmata minn Dun Brian , id-direttur tal-abbatini .
Kien ir-riżultat tal-eżami li kont għadni kemm g ħ a m i l t . Q a b a d n i eċitament kbir u ma kontx naf x ’ qed naqra . Naf li fuq it-tieni paġna kien hemm miktub l-erba ’ ismijiet , u fosthom kien hemm ismi . Ikkwalifikajt malewwel erba ’ studenti biex f ’ Awwissu 2015 nitilgħu nagħtu s-servizz tagħna ta ’ abbatini fil-Bażilika ta ’ San
Pietru , l-Vatikan . Ma ridtx nemmen li kont intgħażilt ! Kien mum emozzjoni kbira , kemm għalija personali , kif uko ġenituri tiegħi . Malajr ċempilt lin-nanniet b Dawn ma felħux jkellmuni fuq it-telefon daq ferħu !
F ’ Jannar komplejt bil-laqgħat f ’ Malta fejn tgħ ħafna affarijiet li għandu x ’ jaqsam mal-knisja , f l-quddiesa bit-Taljan u bl-Ingliż , x ’ isejħulhom id abiti li jilbes is-saċerdot kif ukoll studjajna Bażilika ta ’ San Pietru , bħal fejn huma u x ’ jgħi l-artali . Konna mmorru Malta aħna l-erba ’ ab ntgħażilna , abbati ieħor li kien diġà mar il-Vatika ġie bħala helper u d-Djaknu Mario Curmi , li w magħna l-Vatikan . B ’ kollox konna għoxrin bejn u Għawdxin .
Wasla l-Vatikan
Fis-Sagristija tal-Bażilika ta ’ San Pietru mal-Arċipriet Kardinal Comastri .
Nhar is-7 t ’ Awwissu , grupp tal-għoxrin żewġ saċerdoti u d-Djaknu Mario tirna lejn Domna ġimagħtejn Ruma , sal-20 ta ’ Awwissu . noqogħdu wara l-Bażilika ta ’ San Pietru , fil-binja t l-appartament tal-Papa Franġisku .
Kif wasalna Fiumicino , sibna l-minibus tas-San tistenniena . L-eċitament kien jidher fuq wiċċ k Id-direttur qassam l-passes bir-ritratt tagħna biex nistgħu nidħlu fil-Vatikan . Dawn konna nuruh iSwiss Guards kull darba li nidħlu l-Vatikan .
Is-Servizz Konna nqumu fil-ħamsa ta ’ filgħodu kuljum . L