34
L-għoti tal-faxxa mill-Kardinal Angelo Comastri .
konna ngħidu t-talb ta ’ filgħodu , imbagħad nitilqu lejn il-Bażilika ta ’ San Pietru biex nibdew nippreparaw l-artali li hemm għallquddies . Il-quddies kien ikun fis-sebgħa ta ’ filgħodu . F ’ San Pietru , ikun hemm għaddejjin malgħaxar quddisiet jew aktar f ’ daqqa . Quddies isir ukoll fil-Kripta ta ’ taħt il-Bażilika , fejn hemm l-oqbra tal- Papiet . Kull saċerdot kien ikollu żewġ abbatini jgħinuh . Xi abbatini oħrajn , kienu jkunu jagħtu servizz fis-sagristija , jgħinu fl-ilbies u jlestu l-kalċijiet . Wara l-quddies , konna mmorru nieħdu l-kolazzjon . Għal xi l-għaxra , konna nirritornaw il-Bażilika biex nagħmlu dak li jkun hemm bżonn .
Aħna nzertajna konna hemm fil-festa ta ’ Santa Marija . Din il-festa tkun iċċelebrata bil-kbir fil-Vatikan . Kellna l-Vespri lejliet kif ukoll l-għada tal-festa . F ’ nhar il-festa kellna konċelebrazzjoni mmexxija mill-Kardinal Angelo Comastri . Dan l-istess Kardinal kien ippreżentalna l-faxxa l-ħamra waqt konċelebrazzjoni solenni privata fil-Cappella Del Coro . Preżenti għall-konċelebrazzjoni kien hemm ukoll ilġenituri tagħna . Kull abbati li jagħmel servizz fil-Vatikan jingħata din il-faxxa ħamra , bl-arma tal-Bażilika ta ’ San Pietru . Din il-faxxa ħamra tibqa ’ tintlibes mill-abbati anke waqt is-servizzi hawn Malta .
Mal-Papa Franġisku waqt Udjenza Privata
Qed noffri l-karlotta lill-Papa Franġisku waqt l-Udjenza .
Laqgħa mal-Papa Franġisku Ġurnata li żgur kulħadd kien jistennieha kienet l-laqgħa mal-Papa Franġisku . Kien il-Ħadd , wara l-Angelus ta ’ nofsinhar . Il-Papa kien ġej lura fl-appartament tiegħu wara l-udjenza u ltaqa ’ magħna wieħed wieħed . Blumiltà kollha , irringrazzjana tas-servizz li konna qegħdin nagħtu . Wara li berikna , qalilna biex nitolbu għalih . Laqgħa oħra mal-Papa kienet l-Erbgħa waqt l-Udjenza . Kellna post riservat għalina fl-Aula Paolo VI . Jien inzertajt fuq quddiem tas-sala , fil-passaġġ minn fejn jidħol il-Papa . Missieri u ommi kienu xtrawli karlotta mill-Vatikan bħala rikordju tal-mawra tiegħi . Kif rajt il-Papa ġej , ħriġt ilkarlotta u newwilthielu . Il-Papa kien miexi , iżda kif rani , waqaf ħdejja , qabad il-karlotta f ’ idu u beda jħares lejha . Imbagħad neħħa l-karlotta li kellu f ’ rasu u libes li kont tajtu jien . Wara ftit tal-ħin , reġa ’ neħħa l-karlotta tiegħi minn rasu u tahieli lura . Ma ridtx nemmen lill-għajnejja dak il-ħin . Ħsibtni qiegħed f ’ xi ħolma . Ma jistax ikolli
souvenir isbaħ tal-mawra tiegħi fil-Vatikan , milli karlotta milbusa mill-Papa Franġisku nnifsu .
Ħarġiet Kulturali Meta ma kienx ikollna servizz fil-Vatikan , id-direttur Dun Frans Bonnici kien joħroġna biex naraw xi postijiet ta ’ interess f ’ Ruma u fil-madwar . Fosthom morna ġurnata Assisi , r-raħal ta ’ San Franġisk . Żorna l-Bażilika kif ukoll inżilna ħdejn il-qabar fejn hu midfun dan il-qaddis . Żorna wkoll i Musei Vaticani . Dan huwa mużew kbir enormi , li trid ġurnata sħiħa biex idduru sewwa , tant hemm affarijiet esebiti . Fosthom insibu statwi antiki ħafna , minn żmien l-Eġizzjani . Laqtuni ħafna s-swali ta ’ Raffaello , kollha tpinġija bil-ħitan u s-saqaf b ’ kollox . U xi ngħidu għal Cappella Sistina ! Hemm differenza kbira bejn taraha fuq xi stampa u tesperjenzaha ta ’ vera .
Lura Malta
Iż-żmien jgħaddi u ma jistenna lil ħadd . Kumbinazzjoni kien hemm wieħed turist Ingliż li ltqajt miegħu fil- Bażilika ta ’ San Pietru li qalli : “ Time flies when you ’ re having fun ”. U hekk ġralna , l-għoxrin abbati li konna l-Vatikan . Ġimagħtejn għaddew qishom ħolma . Iżda baqa ’ żgur il-memorji , t-tifkiriet u r-ritratti . Irnexxieli nagħmel ħafna ħbieb ġodda kemm Maltin kif ukoll Taljani kemm domt il-Vatikan . Nista ’ ngħid li x-xewqa tiegħi seħħet għax minn meta sirt abbati , ilħolma tiegħi minn dejjem kienet li mmur nagħti s-servizz tiegħi fil-Vatikan u fuq kollox , li niltaqa ’ mas-suċċessur ta ’ San Pietru . Din kienet tassew esperjenza li ser nibqa ’ nġorrha miegħi tul ħajti kollha .
Nixtieq nieħu din l-okkażjoni biex nirringrazzja lill kull min għinni u nkuraġġieni biex nagħmel dan ilpass , speċjalment lil Dun Frans Bonniċi , Fr Mark Ellul u d-Djaknu Mario Curmi , illum saċerdot , li ħadu ħsiebna waqt il-mawra tagħna fil-Vatikan , l-Isqof tagħna Mons Mario Grech tal-appoġġ li dejjem sibt min għandu , l-Arċipriet Emeritus Mons Karm Mercieca li kien hu li avviċinani u ħajjarni sitt snin ilu biex nidħol abbati , issaċerdoti tax-Xewkija fejn ħadt l-ewwel tagħlim ta ’ kif naqdi fid-dar ta ’ Alla , l-Abbatini tal-Paroċċa li tawni kull xorta ta ’ kuraġġ , Sr Antoinette Pace , is-soċji tal-MUSEUM
li għallmuni , lill-ġenituri u familjari tiegħi u bosta ħbieb . Il-Laqgħa tagħna mal-Papa Franġisku .