32
Attivitajiet għat-tfal , l-istudenti u l-ġenituri
Matul is-sena ma naqsux l-attivitajiet li jiġu organizzati għat-tfal u l-istudenti li jattendu fil-Qasam tagħna . Minbarra l-lezzjonijiet li jkollna fil-klassijiet matul is-sena kollha , u tħejjija għas-sagramenti tal-Ewwel Tqarbina u l-Griżma tal-Isqof , it-tfal u l-istudenti kollna flimkien laqgħat ta ’ talb f ’ okkażjonijiet speċjali bħallfesti tal-Madonna u ta ’ qaddisin . Saru wkoll diversi lezzjonijiet speċjali fejn anke bl-użu ta ’ features u video clips t-tfal u l-istudenti tagħna ġew megħjuna biex jifhmu aħjar xi tfisser is-sena tal-Ġublew tal-Ħniena u kif għandna ngħixuha . L-istudenti l-kbar , flimkien ma ' sħabhom li jattendu fl-Oqsma tal-Museum f ’ Għawdex attendew għal-laqgħat li jsiru apposta għalihom darba fix-xahar .
Ġew organizzati diversi attivitajiet rikreattivi , speċjalment matul ix-xhur tas-sajf . Kellna BBQ ’ s , Pizza parties , logħob tas-sajf u ħarġiet fejn il-baħar . Ipparteċipajna wkoll f ’ tournaments tal-futbol flimkien ma ’ studenti li jattendu l-Oqsma tal-Museum ta ’ Għawdex .
Il-ħidma tal-oqsma tal-Museum mhijiex biss mat-tfal u l-istudenti . Matul is-sena , flimkien mal-Museum tal-Bniet ġew organizzati wkoll laqgħat ta ’ formazzjoni għall-ġenituri . Bħala tħejjija għas-Sagramenti tal- Ewwel Tqarbina u tal-Griżma tal-Isqof , ġew organizzati tliet laqgħat ta ’ tħejjija għall-ġenituri li tmexxew mill- Arċipriet tal-parroċċa tagħna . Il-ġenituri u l-istudenti li din is-sena ser jirċievu l-Griżma tal-Isqof , flimkien ma ’ ġenituri u tfal minn oqsma oħra tal-Museum f ’ Għawdex attendew għall-attività li ġiet organizzata mis-Soċjetà tal-Museum f ’ Għawdex bħala tħejjija għal dan is-Sagrament .
Filwaqt li nieħdu din l-okkażjoni biex nawguraw festa sabiħa u qaddisa tal-Patrun tagħna San Ġwann Battista , nagħmlu appell b ’ mod speċjali lill-ġenituri biex ikomplu jibagħtu lil uliedhom għat-tagħlim b ’ mod regolari . Il-formazzjoni ta ’ ruħhom tiswielhom għal ħajjithom kollha . Kif kien iħobb jgħid San Ġorġ Preca , ‘ it-tagħlim hu l-għajn ta ’ kull ġid ’.
Book Keeping & Accountancy Services Audit Preperation - Payroll Administration
Taxation / VAT - Consultancy Services
“ Bernbank ” St . Elizabeth Street , Xewkija , Gozo P : + 356 21 561145 M : 99823682