31 għaqDiet reliġjuŻi fiX-Xewkija
M . U . S . E . U . M . - SEzzJoNI SUBIEN
Sena Speċjali għas-Soċjetà tal-Museum fix-Xewkija Il-Ġublew tal-Ħniena , San Ġwann Battista u l-Fundatur San Ġorġ Preca
sup . toni griMa
Nistgħu ngħidu li ninsabu kważi f ’ nofs is-Sena Speċjali tal-Ġublew tal-Ħniena mniedi minn Papa Franġisku . Żgur li smajna ħafna fuq il-Ġublew tal-Ħniena , imma forsi ssib min jistaqsi x ’ rabta hemm bejn dawn it-tlieta ? L-iskop ewlieni li għalih Papa Franġisku sejjaħ din is-sena speċjali , kien biex naħsbu u nifhmu aktar ilħniena kbira ta ’ Alla għalina l-bnedmin . Jekk inħarsu biss lejn it-tifisira tal-isem tal-patrun tagħna Ġwanni – ‘ Johanan ’ diġà huwa messaġġ fih innifsu – rigal tal-ħniena ta ’ Alla . Fit-tagħlim u fil-kotba li ħallielna l-fundatur tagħna San Ġorġ Preca , għandna minjiera ta ’ tagħlim dwar kemm hi kbira l-ħniena ta ’ Alla għalina l-bnedmin . Ħa nsemmu biss xi ħsibijiet li nsibu fil-ktieb ‘ Is-Sena tas-Sinjur ’. Dun Ġorġ Preca jpoġġi dan il-kliem fuq fomm Ġesù :
“... Alla huwa dejjem pront biex juża ħniena magħha ( mar-ruħ tal-bniedem ), u l-ikbar pjaċir li tista ’ tħoss il-qalb tiegħi huwa dak li twassal quddiem il-Missier Etern numru kbir mill-iżjed li jista ’ jkun ta ’ midinbin .” Huwa jistħajjel lil Ġesù jgħidilna : “ Ara qatt tiddubita li midneb sejjer ikun imkeċċi minni jekk jersaq lejja għall-maħfra ; anzi jisraqli qalbi xħin narah jagħti xi pass lejja ”.
Dawn il-kelmiet żgur li huma biżżejjed biex nifhmu kemm Dun Ġorġ għaraf kemm Alla huwa ħanin magħna l-bnedmin .
Papa Franġisku matul din is-sena tal-Ġublew mhux biss iridna nifhmu aktar il-ħniena ta ’ Alla , iżda qed jistedinna biex aħna wkoll inkunu strument ta ’ ħniena mal-proxxmu tagħna . Fil-ħajja ta ’ kuljum , aħna rridu ngħixu dak li għallimna Sidna Ġesù . Kif insibu fil- Vanġelu , Ġwanni l-Battista kien iħeġġeġ biex il-poplu jagħmel karità ma ’ min hu fil-bżonn . Anke Dun Ġorġ Preca , jaqsam magħna l-istess ħsieb u biex juri kemm għandha tkun kbira l-ħniena tagħna lejn l-oħrajn , jpoġġi f ’ fomm Kristu dawn il-kelmiet :
“... ma jissejħux ulied Alla dawk li ma jħennux u li ma jaħfrux . Jiena espressament ikkmandajt li tkunu ta ’ qalb ħanina , bħalma huwa ta ’ qalb ħanina l-Missier tagħkom , u wkoll li taħfru . Alla huwa mħabba , immela ma jissejħux ulied Alla dawk li ma jissaportux ’ il proxxmu fid-difetti tiegħu , tant tal-ġisem , kemm tar-ruħ .”
Ejjew għalhekk nilqgħu s-sejħa ta ’ Papa Franġisku u naħtfu l-opportunità ta ’ din is-sena tal-Ġublew biex nagħmlu parti mill-ħajja tagħna ta ’ kuljum it-tagħlim ta ’ Ġwanni l-Battista u tal-Fundatur tagħna San Ġorġ Preca , u hekk filwaqt li nduqu mill-ħniena kbira li għandu Alla għalina , ndewqu lil dawk ta ’ madwarna din il-ħniena , permezz tal-għemil tagħna .
Attivitajiet Speċjali fl-okkażjoni tal-100 sena mill-Bidu tal-Museum fix-Xewkija
Is-sena li għaddiet ( 2015 ) kienet sena speċjali għalina x-Xewkin għaliex fakkarna l-100 sena minn meta s-Soċjetà tal-Museum bdiet fix-Xewkija permezz tas- Sezzjoni Femminili .
Matul din is-sena , flimkien mal-Museum tas-Sezzjoni Femminili ġew organizzati diversi attivitajiet speċjali biex ifakkru dan l-anniversarju . Fost dawn l-attivitajiet , insemmu l-Ġimgħa Mużewmina li normalment issir f ’ Settembru . Din is-sena ma saritx fil-Museum tagħna imma ġiet organizzata f ’ Ottubru fil-Museum tal-Bniet fl-okkażjoni tal-mitt sena mill-bidu tal-Museum . F ’ Novembru ħadna wkoll sehem flimkien mal-membri tas-Sezzjoni tan-Nisa f ’ quddiesa ta ’ Radd il-Ħajr li saret f ’ Novembru .
Anke l-purċissjoni ta ’ lejlet il-Milied , li bħas-soltu kienet akkumpanjata wkoll mill-Banda Prekursur , din is-sena għaddiet minn quddiem il-Museum tal-Bniet . Meta wasalna quddiem il-Museum , il-purċissjoni waqfet għal ftit mument sakemm l-Arċipriet Mons . Daniel Xerri għamel ukoll ħsieb qasir u wassal ilmessaġġ tiegħu marbut mat-twelid ta ’ Sidna Ġesu Kristu – il-misteru tal-Inkarnazzjoni – li Dun Ġorġ tant kien devot tiegħu .