Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Page 32

30
bdejna nlaqqgħu koppji darba fix-xahar preċiżament f ’ kull l-ewwel Sibt tax-xahar . Qed jattendu koppji żgħar u qed jieħdu ħafna interess . Jalla nkomplu u jekk hawn xi koppji li jixtiequ jingħaqdu magħna nitolbuhom jikkuntattjawna . Bejn it-13 u l-15 t ’ April ġie fix-Xewkija l-monument ta ’ San Ġorġ Preca li qed idur l-parroċċi t ’ Għawdex qabel ma jitpoġġa fi pjazza Indipendenza fir-Rabat . Il-Ħamis ilqajnieh fil-bitħa tal-qasam tagħna u laqqajna lit-tfal bniet u l-ġenituri kollha u għamilna laqgħa ta ’ talb u kant quddiemu .
Ta ’ dawn l-attivitajiet kollha nirringrazzjaw ' l Alla , lil San Ġwann u lil San Ġorġ Preca . Grazzi ukoll lilkom benefatturi u ġenituri tal-għajnuna li tagħtuna . Grazzi talli tafdawlna lil uliedkom biex inkunu nistgħu nkomplu l-missjoni tagħna . Il-Bambin jitfa ’ l-barka Tiegħu fuq ilfamilji tagħkom kollha .

St John Foodstore

Soil Street Xewkija Tel : 2155 7001

‘ Qajru ’ Butcher inside

Pjazza San Ġwann Battista Xewkija Tel : 2155 0496