Gourgion Ġunju 2016 Għadd 58 | Página 31

29 għaqDiet reliġjuŻi fiX-Xewkija

M . U . S . E . U . M . - SEzzJoNI BNIET

San Ġwann Battista għalliem tal-Ħniena u tal-Fidi . sup . Marija Vella
F ’ din is-sena tal-Ġublew tal-Ħniena , xtaqt naqsam magħkom ftit ħsibijiet fuq il-Ħniena u l-Fidi ta ’ San Ġwann . Jixraq li nimitaw lill-Patrun tagħna f ’ dawn iżżewġ virtujiet . Fil-Vanġelu ta ’ Luqa nsibu lil San Ġwann jipprietka u jgħid “ Min għandu żewġ ilbiesi jagħti waħda lil min m ’ għandux u min għandu x ’ jiekol jaqsam ma ' min m ’ għandux .” U lill-pubblikani li marru għand Ġwanni biex jitgħammdu qalilhom : “ La tiħdux ħlas aktar milli għandkom tieħdu .” Lil xi suldati qalilhom : “ La taħqru lil ħadd u la tigbdu fuq ħadd biżżejjed għalikom dak li taqilgħu .”
Il-Fundatur tagħna San Ġorġ Preca jgħidilna : “ L-imħabba u l-ħniena lejn il-proxxmu hija meħtieġa biex insalvaw ruħna għax Kristu wkoll qalilna biex inħobbu ’ l Alla b ’ qalbna kollha u lill-proxxmu bħalna nfusna .” Jekk jiena ma nħobbx lill-proxxmu ma nistax nuri ħniena miegħu . Jien se nsib ħniena minn Alla daqskemm jien inkun urejt ħniena u mħabba mal-proxxmu kollu . Biex nasal għal dan irid ikolli l-fidi , għax jekk ma jkolliex fidi kif se nemmen fil-ħniena t ’ Alla ? U kif se nħenn u nħobb lill-proxxmu ? San Ġwann pprietka u qal “ Min jemmen fl-Iben għandu l-ħajja ta ’ dejjem , iżda min ma jemminx fl-Iben ma jarax il-ħajja , imma tibqa ’ l-korla ta ’ Alla fuqu .” San Ġwann Battista kien jipprietka ukoll , “ Agħmlu frott ta ’ għemejjel tajba .” organizzajna ġimgħa ta ’ laqgħat li kienu għal kulħadd u għalaqna b ’ konċelebrazzjoni mmexxija mill-Arċipriet Mons . Daniel Xerri li miegħu kkonċelebraw is-saċerdoti kollha Xewkin ankè dawk li qed jaħdmu barra r-raħal . Grazzi lil Alla ta ’ din il-barka li tefa ’ fuq ix-Xewkija u ta ’ tant tagħlim li ħareġ u għadu joħroġ minn din id-dar . Fil-Milied kellna s-soltu kunċert tat-tfal u festin għat-tfal u l-ġenituri . F ’ Jannar kellna quddiesa ta ’ ringrazzjament ’ l Alla fl-okkażjoni ta ’ numru ta ’ soċi Għawdxin fosthom sitta mix-Xewkija li ċċelebraw il-50 sena mill-inkorporazzjoni mas-Soċjetà Mużewmina . Fi Frar inżamm seminar għal kulħadd bl-isem “ It-Tbatija fid-Dawl ta ’ Kristu ” li bħalu se jerġa ’ jsir ieħor f ’ Ottubru li ġej . Saru wkoll tliet laqgħat għall-ġenituri tat-tfal tal-preċett u tal-griżma . Fl-okkażjoni tal-100 sena mill-ftuħ tal-M . U . S . E . U . M . xtaqna nagħmlu xi ħaġa li tibqa ’ tifkira u għalhekk
Issa se naqsam magħkom xi attivitajiet li għamilna ma ’ uliedkom . Bħalma tafu f ’ Novembru l-M . U . S . E . U . M . għalaq 100 sena mit-twaqqif tiegħu . Għal din l-okkażjoni